Il-Beatu Ilarjun Januszewski: Saċerdot Martri Karmelitan

Ilarjun Januszewski twieled fil-11 ta’ Ġunju 1907 Krajenki, l-Polonja u ngħata l-isem ta’ Pawel. Huwa rċieva l-ewwel edukazzjoni nisranija mill-ġenituri tiegħu, Martin u Marianne.

Attenda l-Kulleġġ Greblin (fejn il-familja tiegħu għexet mill-1915), u mbagħad kompla l-istudji tiegħu fl-Istitut ta’ Suchary, iżda kellu jabbanduna l-istudji minħabba diffikultajiet ekonomiċi tal-familja. Sadanittant il-familja tiegħu marru ġewwa l-Krakovja fejn ħa studji oħra u fl-1927 daħal fl-Ordni Karmelitan. Huwa temm in-novizzjat tiegħu fil-Leopoli u fit-30 ta’ Diċembru 1928 għamel il-professjoni sempliċi.

Wara li temm l-istudji filosofiċi tiegħu ġewwa l-Krakovja kien mibgħut fill-Kulleġġ Internazzjonali San’Albert, f’Ruma. Ġie ordnat saċerdot fil-15 ta ‘Lulju 1934. Huwa llawrja fit-teoloġija u ġa l-premju għall-aħjar student ta’ l-Akkademja Rumana ta’ San Tumas u fl-1935 mar lura l-Polonja fil-monasteru ta’ Krakovja.

Wara li reġa lura l-Polonja nħatar professur tat-Teoloġija Dommatika u tal-istorja tal-Knisja fl-istitut tal-Provinċja Pollakka ġewwa il-Krakovja. Fl-1 ta’ Novembru 1939, Fr. Eliseus Sánchez-Paredes, il-Provinċjal, ħatru pirjol tal-komunità. Dak iż-żmien il-Polonja kienet diġà ġiet okkupata mill-Ġermaniżi ftit ġimgħat qabel. Sena wara, l-invażuri arrestaw ħafna reliġjużi u saċerdoti.

Fit 18 ta’Settembru, 1940 il-Gestapo ddeportaw erba’ patrijiet mill-kunvent tal-Karmelitani ġewwa l-Krakovja. F’Diċembru, meta patrijiet oħra ġew arrestati, patri Ilarjun iddeċieda li jippreżenta ruħu b’tibdil għal patri anzjan u marid. Minn dak il-jum il-kalvarju tiegħu beda. Huwa kien mibgħut fil-ħabs ta’ Montelupi (il-Krakovja), imbagħad fil-kamp ta’ konċentrament ta’ Sachsenchausen u f’April tal-1941 għall-kamp ta’ konċentrament f’Dachau. Hemmhekk hu kien mudell ta’ ħajja ta’ talb, u kien iħeġġeġ lill-oħrajn biex ikollhom tama’ għall-ġejjieni aħjar. Flimkien ma’ Karmelitani oħra, fosthom il-Beatu Titu Brandsma, dawn kien jissieħbu fit-talb.

Sadanittant fil-kwartier nr.25 tal-kamp tal-konċentrament, it-tifu kien qiegħed jinfirex. Biex jgħinu lill-morda, tnejn u tletin saċerdot ippreżentaw lilhom infushom lill-awtoritajiet. Wara ftit ġranet patri Ilarjun Januszewski ssieħeb minn rajh ma’ dan il-grupp. L-appostolat tiegħu dam wieħed u għoxrin ġurnata minħabba, li ġie nfettat mit-tifu. Hu miet fil-25 ta’ Marzu 1945, ftit ġranet qabel il-ħelsien tal-kamp tal- konċentrament. Ġismu ġie maħruq fil-krematorju ta’ Dachau.

Patri Ilarjun Jansuzewski kien ibbeatifikat minn San Ġwanni Pawlu II fit-13 ta’ Ġunju 1999, waqt li kien qed jgħamel żjara appostolika ġewwa Varsavja, l-Polonja. F’din l-okkażjoni l-Papa bbeatifika mija u tmien martri Pollakki tat-Tieni Gwerra Dinjija, vittmi ta’ persekuzzjoni Nażżista.

Minn Patri Hermann Duncan O.Carm