Nisa japplikaw għal ministeri fil-Knisja

Print Friendly, PDF & Email

Sitt nisa Kattoliċi fi Franza applikaw biex ikollhom ministeri fil-Knisja. Anne Soupa, li tmexxi grupp bl-isem ta’ ‘Appostli Nisa Biss’, tablet lill-Ambaxxatur għall-Vatikan f’Pariġi, Mons. Celestino Migliore, biex tilħaq minflok l-Arċisqof Philippe Barbarin, li rriżenja wara li d-djoċesi ta’ Lyon ġiet oskurata minħabba skandlu ta’ qassis pedofilu.

Ħames nisa oħra talbu biex ikunu saċerdoti jew djakni. Anne Soupa qalet: “Jiena teologa b’diplomi sodi mill-Universita’ Kattolika ta’ Lyon u jiena aħjar minn bosta Isqfijiet. L-‘Appostli Nisa Biss’ għażlu lil Marija Madalena bħala l-qaddisa patruna tagħhom.

Huma jitfgħu il-ħtija fuq il-Papa Girgor dwar l-identita’ ta’ tliet nisa fil-Vanġelu hekk li Marija Madalena, mis-seklu 7, ingħatat il-fama ta’ prostituta. Fil-manifest tagħhom, ‘l-Appostli Nisa Biss’ jgħidu li l-Appostli “kienu mbeżża’, magħluqin f’darhom, meta Marija Madalena marret fil-qabar, bil-kuntrarju tar-rwoli tradizzjonali”.

F’artiklu tal-Arċisqof Arthur Roche, Segretarju tal-Kongregazzjoni għall-Kult Divin u d-Dixxiplina tas-Sagramenti li deher fl-edizzjoni ta’ L’Osservatore Romano tal-10 ta’ Ġunju 2016, Santa Marija Madalena kienet imsejjħa l-Appostlu tal-Appostli. Dan għaliex kienet xhud okulari ta’ Kristu Rxoxt, kienet ukoll, min-naħa l-oħra, l-ewwel li tat xhieda tiegħu quddiem l-Appostli nhushom. Twettaq il-mandat tal-Irxoxt: “‘Mur għand ħuti u għidilhom …’. Marija ta’ Magdala marret għand id-dixxipli u tathom l-aħbar: Rajt lill-Mulej!’, u qaltilhom x’qalilha” (Ġw 20:17-18).

https://www.irishtimes.com/news/world/europe/french-women-pledge-to-fight-misogyny-of-catholic-church-1.4312900

Rapport għal-Laikos minn Joe Galea

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading