Il-Kunsilji Evanġeliċi skont it-tagħlim tal-Knisja (2)


Ir-reliġjużi kollha huma obbligati jgħixu l- vot tal-faqar

Il-konċilju reġa’ skopra fil-misteru tal-Knisja l-faqar bħala nota distintiva, b’mod li tiġġustifika l-appell ta’ Knisja tal-fqar.

Il-faqar ħa post partikulari fl-alleanza m’ Alla b’ mod li l-fqar huma karatterizzati bħala l-aktar maħbuba t’ Alla. Lill-fqar ġie mibgħut Kristu u Kristu stess huwa muri fqir fit-twelid, fil-ħajja u l-mewt tiegħu.

Il-faqar kien minn dejjem, u Ilum huwa waħda, mill-problemi li l-aktar jinħassu ġewwa u barra mill-Knisja. L-konċilju Vatikan II ta risposta għal dan kollu. Il-faqar ifakkar lir-reliġjużi li huma sinjal illi juri li wieħed ikun għażel li jimxi wara Kristu u jħeġġiġhom biex jipprattikawh sewwa. L-istess ħaġa jtenni l-Moto Proprio Ecclesiae Sanctae (Knisja Qaddisa) u t-tagħlim tal- Papa San Pawlu VI, kif ukoll dak tal – Papa San Ġwanni Pawlu II. L-Eżortazzjoni appostolika tad-29 ta’ Ġunju 1971 (miktuba mill- Papa San Pawlu VI) tippreċisa l-urġenza u d-direttivi ta’ l-aġġornament tal-faqar. Il-prattika ta’ dan il-kunsill evanġeliku dejjem kellu post speċjali fil-ħajja reliġjuża, mhux biss għaliex jappartjeni għas-sustanza tal-konsagrazzjoni reliġjuża, iżda wkoll għaliex il-faqar bosta drabi kien il-punt tat-tluq għal ħajja reliġjuża kif ukoll il-faqar kien bħal hajt ta’ difiza u sinjal ta’ vera ħajja reliġjuża. Il-faqar ipoġġi lir-reliġjuż f’ sitwazzjoni partikulari kemm fl-għajnejn tal-knisja kif ukoll fl-għajnejn tad-dinja. Fih innifsu l-faqar jagħti missjoni għal ġid tal-knisja u tas-soċjeta’. L-istituti reliġjużi għandhom jirrealiżżaw il-veru tiġdid meta jinpenjaw ruħhom biex il-komunita’ u l-membri ndividwali jirrinovaw ruħhom fil-ħarsien tal-faqar. Insibu fin-numru 13 tal-Perfectae Caritatis (Karita Perfetta) il-komponenti duttrinali, spiritwali, pastorali u ġuridiċi tal-faqar miġbura flimkien, bit-tqegħid prattiku ħalli jerġa jagħti lill-faqar is-sbuħija tiegħu u hekk ikun ta’ ġid għal knisja u għall-istituti reliġjużi.

Il-Konċilju Vatikan II juri preokkupazzjoni ta’ interjorizzazzjoni u awtentiċita’.  Il-faqar ma’ jridx ikun biss bil-kliem jew bl-apparenza li tidher, imma bil-qalb u bil-fatti. Tiskopri ukoll preokkupazzjoni ta’ attwalita’ li- huwa muri fil-kwadru preżenti u l-konċilju jrid ipoġġi ċerti kundizzjonijiet għalih. Fl-aħħarnett in-numru 13 tal-P.C, jħeġġeġ għal faqar totali u integrali, ukoll jekk ma’ jinjorax id-distinzzjoni bejn vot u virtu. Dan irid lir- reliġjuzi, mimlijin bl-ispirtu ta’ dan il-kunsill jaħdmu biex jiksbuh sal- beatitudni tal-faqar. Il-kanone 600 tad-drittu Kanoniku jiġbor fi ftit kliem dak li qalu d-dokumenti ta’ qabel u jgħid hekk; GħaIl-kunsill Evanġeliku tal-faqar, fuq l-imitazzjoni ta’ Kristu li minħabba fina ftaqar, waqt li kien għani, barra li għex ħajja realment u spiritwalment fqira, li kienet mimlija sobrjeta’, maqtugħa, mill-ġid, ġab dipendenza u limitazzjoni fl-użu u d-dispozzizzjoni tal-ġid skond in-norma u d-dritt proprju ta’ kull istitut. Id-dipendenza hija ordnata biex tiggarantixxi l-moderazzjoni u l-limitazzjoni fl-użu tal-ġid u għalhekk ċerta awsterita’ li tagħmel parti mill-faqar evangeliku. Jekk inħarsu lejn Kristu fqir nifhmu aħjar il-misteru tal-faqar, niskopru l-esigenzi ta’ partecipazzjoni għall-faqar tiegħu u nkunu milqgħutin mill- eżiġenzi ta’ dan il-kunsill li bih nieħdu sehem mill-faqar ta’ Kristu, li minn għani ftaqar għalina biex b’ hekk insiru għonja permezz tal-faqar tiegħu.

Il-faqar ġej mill-Imgħallem Divin, li stieden iz-zgħażugħ għani biex ibiegħ ġidu kollu, u jagħti kollox lill-foqra mbagħad jimxi warajh. Hawn jafferma li ġie biex iħabbar l-aħbar it-tajba lill-fqar, u jsejjaħ hienja il-fqar fl-Ispirtu. Naraw fil-ħajja ta’ Kristu kemm verament sar fqir għall-imħabba tagħna li l-anqas kellu fejn iserrah rasu waqt li bi dritt kien Sid il-holqien.

Minn hawn nitghallmu u naraw il-kondotta’ ta’ Ġesu’, ħabib tal-fqar, li jgħodd mgħamul lilu dak li wieħed jagħmel ma wieħed fqir. Huwa għazel għalih ħajja fqira fuq l-eżempju ta’ Kristu wkoll. Il-Verġni Marija ħaddnet il-faqar. Kulhadd irid igħix fi spirtu ta’ distakk; iżda mhux kulħadd hu mistieden biex jiċħad id-dritt li jippossjedi u li juża l-affarijiet materjali, in vista ta’ faqar effettiv u affettiv. Fil-prattika tal-faqar mgħallem minn Kristu ir-religjuz irid isib forma ta’ ħajja tixbah lill-Kristu u jifhem bħal San Frangisk t’ Assisi, li l-faqar jagħmilna xebh ta’ Kristu. Il-faqar ikun veru u awtentiku jekk ikun konformi mal-kariżma ta’ l-istitut. Jagħmel ukoll il-limiti fil-pussess, fid-dritt biex tiddisponi jew għal-inqas fl-użu tal-ġid.

Dan hu s-sens shih tal-faqar mogħti mill-konċilju Vatikan II. Permezz tal-kliem ”jeħtieġ ukoll lir-religjuzi jkunu foqra bil-fatti u jġemgħu għalihom teżori fis-sema”. Il-faqar religjuz m’ għandux l-istess sens ħlief fl- użu komuni mogħti lit-terminu faqar. Mhux faqar religjuż, in-nuqqas ta’ beni materjali bin- nuqqas u t-tbatija li jġibu magħhom. Iżda dawk li nsejħu fqar fil-fatt m’ għandhomx dar, l-anqas meżżi biex jieklu, jilbsu u dak kollu li hu normali fil-ħajja. Ir-reliġjuzi bħala tali mhumiex neqsin minn dawn il-ħwejjeġ għalkemm iridu jużawhom tajjeb u bil-qies. Minn hawn kultant joħroġ speċi ta’ skandlu jew rivoluzzjoni u jqumu wkoll xi movimenti li juru l-faqar reliġjuz għaliex tkun magħmula minn nuqqas ta’ dak li hu meħtieġ bħal dik tal-fqar. Dawn it-talin jipproponu li jinbidel it-tereminu u nitkellmu mhux fuq faqar iżda f’xirka ta’ ġid, ta’ ħajja mingħajr propjeta’. B’ mod specjali f’pajjiżi fejn isaltan il-faqar, il-miżerja hemm diffikulta kif ir-religjuzi jistgħu jipprofessaw il-kunsill tal-faqar. Forsi wieħed jinsa li l-element karatteristiku tal-faqar reliġjuz huwa l-volontarjat; ir-reliġjuz hu fqir għaliex ipoġġi ruhu hu f’ sitwazzjoni ta’ distakk mill-affarijiet ta’ l-art.

It-terminu faqar ifakkar lir-religjużi fid-dmir li jersqu kemm jista’ jkun, għall-mod kif jgħixu l-fqar. lżda fuq kollox il-kuntest attwali jesiġi li l-istil ta’ hajja ta’ dawk li jridu jagħtu xhieda tal-faqar, fuq l-eżempju ta’ Kristu, jżommu quddiem għajnejhom il-faqar bħala f’enomenu soċjali. B’hekk ir-religjuzi ma’ jridux jiġu meqjusa bħala fariżej, juru aktar ftuh għall- ohrajn u aktar konversjoni lejn Alla. Fuq kollox dan iġib ritorn għas-sens akbar ta’ faqar li hu xebh għall-ħajja, tal-fqar, għaqda magħhom, u xirka li taqsam il-ġid fi hdan l-istitut. Dan il-kunsill f’ sens miftuh iħaddan dak kollu lid-dinja toffri biex tafferma ruħha u taħkem fuq l-oħrajn, ħarsien tas-setgħana u ta’ l-għonja. Mela l-faqar iġib li wieħed jittama u jħalli l-fiduċja kollha tiegħu f’ idejn Alla, li huwa l-għana veru tagħna.

Minn Patri Hermann Duncan O.Carm