Quddiesa fil-Kulleġġ Pontifiċju Amerikan tan-Nord


OMELIJA TA’ ĠWANNI PAWLU II

Il-Ġimgħa, 22 ta’ Frar 1980

  1. “Inti l-Messija, wieġeb Xmun Pietru, Bin Alla l-ħaj” (Mt 16,16)!

Dan il-kliem ta’ fidi personali u ta’ ispirazzjoni divina juru l-bidu tal-missjoni ta’ Pietru fl-istorja tal-Poplu ta’ Alla. Dan il-kliem juri wkoll il-bidu ta’ era ġdida fl-istorja tas-salvazzjoni. Mill-waqt li fih dan il-kliem ġie ppronunzjat f’Ċesarea ta’ Filippu, l-istorja tal-Poplu ta’ Alla intrabtet mal-bniedem li kien ippronunzjah: “Inti Pietru u fuq din il-ġebla se nibni l-Knisja tiegħi” (Mt 16,18).

Dan il-kliem għandu għalija sinifikat speċjali. Dan jesprimi liema hija l-qalba tal-missjoni tiegħi bħala suċċessur ta’ Pietru fi tmiem tas-seklu XX. Ġesù Kristu huwa ċ-ċentru tal-univers u tal-istorja. Huwa biss hu r-Redentur ta’ kull esseri uman. Fil-providenza bla qiegħ ta’ Alla jiena ġejt magħżul biex inkompli l-missjoni ta’ Pietru u biex intenni bl-istess konvinzjoni: “Inti l-messija – il-Kristu – Bin Alla l-ħaj! Xejn f’ħajti u fil-ministeru tiegħi ma jistà jieħu l-preċedenza fuq din il-missjoni: nipproklama lil Kristu lill-ġnus. Nitkellem dwar t-tjubija meraviljuża tiegħu. Nuri qawwietu feddejja u nassikura lil kull raġel u mara li min jittama fi Kristu ma jmutx imma se jkollu l-ħajja eterna (cf. Ġw 3,16).

Ħuti u wliedi fi Kristu, il-kliem ta’ Pietru f’Ċesarea ta’ Filippu għandhom ukoll sinifikat speċjali għalikom. Ħajjitkom ukoll għandha tkun radikata fi Kristu u fih mibnija (cf. Kol 2,7). Għal dan u minħabba Kristu, u f’isem Kristu u għal Kristu li intom tixtiequ taqdu lill-Poplu ta’ Alla bħala saċerdoti. Hekk l-għarfien tagħkom ta’ Kristu u mħabbitkom lejh għandha tikber kontinwament u tapprofondixxi ruħha. Intom għandkom tkunu bnedmin ta’ fidi soda, li permezz tal-Ewkaristija, tal-liturġija tas-sigħat u talba personali ta’ kuljum iżżommu ħbiberija vibranti ma’ Ġesù, ma’ Ġesù li qal lid-dixxipli tiegħu: “Ma sejjaħtilkomx qaddejja… Imma sejjaħtilkom ħbieb” (Ġw 15,15). U hekk f’kull żmien u f’kull post, ħsibijietkom għandkom ikunu ndirizzati lejh li huwa il-Kristu, il-messija, Bin Alla l-ħaj.

  1. Is-sollennità tal-Katedra ta San Pietru b’kumbinazzjoni ferrieħa hija wkoll jum it-twelid ta’ GeorgeWashington, l-ewwel president tagħkom. F’ċertu sens dawn iż-żewġ ġrajjiet jindikaw il-mottiv tal-miga tiegħi hawn illum. Kienet ix-xewqa tiegħi bħala Isqof ta’ Ruma li nżur id-diversi kulleġġi tal-belt; imma ġejt fil-Kulleġġ Amerikan tan-Nord b’mod partikolari bħala espansjoni taż-żjara riċenti tiegħi fl-Isiati Uniti: Intom ħuti Isqfijiet, u intom li tikkostitwixxu l-komunità ta’ Ruma magħrufa bħala Kulleġġ Amerikan tan-Nord, fuq il-Gianicolo u f’Via dell-Umiltà! Magħrufa fikom ilkoll u permezz tagħkom insellem mill-ġdid għal darb’oħra lill-poplu tal-Amerika.

F’din l-okkażjoni rrid nitkellem dwar dawk li nqis li huma elementi estremament importanti tat-tħejjija għas-saċerdozju, u ntenni għal dan il-għan xi punti li enfasizzajt fiż-żjara tiegħi fin-nazzjon tagħkom.

  1. L-element essenzjali tal-ħajja tas-seminarju huwa l-kelma ta’ Alla. Il-kelma ta’ Alla hija ċ-ċentru tal-istudju tejoloġiku kollu: hija l-ewwel strument biex tgħaddi d-duttrina nisranija u s-sors perpetwu tal-ħajja spiritwali (cf. Pawlu VI, Missale Romanum, die 3 apr. 1969). Waqt li kellimt lis-seminaristi Amerikani, għidtilhom: “Il-formazzjoni ntellettwali tas-saċerdot, li hija hekk essenzjaki għall-jiem li fihom qegħdin ngħixu, tinkludi numru kemm ta’ xjenzi umani kif ukoll ta’ xjenzi sagri varji. Dawn kollha għandhom post importanti fit-tħejjija tagħkom għas-saċerdozju. Imma prijorità essenzjali għas-seminarji illum hija t-tagħlim tal-kelma ta’ Alla fil-purezza u l-integrità kollha tagħha mal-esiġenzi kollha tagħha u fil-qawwa kollha tagħha” (Ġwanni Pawlu II, Allocutio ad Seminarii S. Caroli alumnos, in urbe “Philadephia” habita, 1: AAS 71 [1979] 1189-1190).

Hija tama tiegħi li fil-qima tagħkom għall-kelma ta’ Alla intom tkunu bħal Marija – bħal Marija li t-tweġiba tagħha għall-kelma ta’ Alla kienet “fiat”: “Isir minni skont kelmtek” (Lc 1,38); bħal Marija li kienet tgħasses b’mod ġeluż dawn il- ħwejjeġ li ingħadu dwar binha u kienet iżżommhom f’qalbha (cf. Lq 2,19). Jalla dejjem tgħassu l-kelma ta’ Alla u żżommuha kuljum f’qalbkom, hekk li ħajjitkom kollha tkun tistà ssir xhieda ta’ Kristu, il-Kelma magħmula laħam (cf. Ġw 1,14).

  1. Ix-xhieda tal-kelma ta’Alla tilħaq il-quċċata tagħha fiċ-ċelebrazzjoni tal-Ewkaristija. Infatti, l-isforzi personali kollha tagħkom u l-attivitajiet kollha tal-komunità tas-seminarju huma marbutin mas-sagrifiċċju ewkaristiku u ndirizzati għalih: “Fil-maġġoranza tagħha l-Ewkaristija Mqaddsa tinkludi l-għana spiritwali tal-Knisja, li hija, Kristu stess, l-Għid tagħna u l-ħobż ħaj” (Presbyterorum Ordinis, 5). Mela nħeġgiġkom b’mod enerġiku biex tagħmlu mill-Quddiesa kuljum iċ-ċentru ta’ ħajjitkom, u nirrakkomanda li regolarment tgħaddu l-ħin fit-talb quddiem is-Sagrament Imqaddes, waqt li taduraw lil Sidna u Salvatur, Ġesù Kristu.
  2. Il-ħjja tas-seminarju għandha wkoll tkun ikkaratterizzata minn atmosfera ta’ ġabra, li tippermetti lil kull wieħed minnkom li jakkwista abitudnijiet dejjiema ta’ studju u ta’ talb, u ta’ żviluppar intern tal-attitudnijiet ta’ altruiżmu, ġenerożità u ubbidjenza ferrieħa – attitudnijiet li huma hekk meħtieġa f’saċerdot. Saċerdot huwa mitlub verament li jassumi l-mentalità u l-qalb ta’ Kristu (cf. Fil2,5), li jimita lill-Iben li “tgħallem l-ubbidjenza minn dak li sofra” (Lh5,8), u jgħid ma’ Ġesù: “Ma nfitixx r-rieda tiegħi imma r-rieda ta’ dak li bagħatni” (Ġwv 5,30). Id-dixxiplina qawwija fis-seminarju, meta hija eżerċitata bil-mod ġust, toħloq dik l-atmosfera li tgħin biex tħajjikom għal ħajja ta’ konverżjoni kontinwa u ta’ servizz ġeneruż. B’mod speċjali dan jgħinkom, kif għidt ġo Filadelfja, “biex twettqu jum wara jum fi qlubkom l-ubbidjenza li tafu lil Kristu u lill-Knisja tiegħu”.
  3. Għaxar snin ilu llum, il-maħbub predeċessur tiegħi Pawlu VI żar il-Kulleġġ Amerikan tan-Nord. F’din l-okkażjoni huwa tkellem dwar il-valur speċjali tat-tħejjija għas-saċerdozju hawn f’Ruma. “Ħajjitkom f’Ruma”, huwa qal, “Mhijiex aċcidentali linqas irrilevanti. Mhijiex linqas kumbinazzjoni… Hija xi ħaġa li kienet mixtieqa b’mod intenzjonali għall-formazzjoni spiritwali tagħkom; għat-tħejjija tagħkom għall-ministeru saċerdotali; għal servizz, li għad irid jiġi, għall-Knisja u għall-kompajżani tagħkom”.

Jekk xi drabi tistagħġbu għala l-Isqfijiet Amerikani bnew u sostnew dan il-kulleġġ f’Ruma, jew għaliex dawk li jemmnu fl-Istati Uniti għal iktar minn seklu offrew sapport finanzjarju u ssagrifikaw ruħhom biex jiggarantixxu lilkom u lill-bosta oħrajn l-opportunità li tħejju ruħhom għas-saċerdozju f’Ruma, it-tweġiba tinsab fi kliem Pietru f’Ċesarea ta’ Filippu: marbuta mal-misteru tal-missjoni ta’ Pietru fil-Knisja universali. Hawn f’Ruma l-universalità u d-diversità għanja tal-Knisja jidhru b’ċarezza ikbar minn kullimkien; hawn it-tradizzjoni apostolika  tal-Knisja bħala realtà ħajja u mhux biss bħala relikwa tal-imgħoddi  issir parti konxja tal-viżjoni tagħkom tal-fidi; u hawn f’Ruma tiltaqgħu mas-suċċessur ta’ Pietru ladarba huwa jfittex li juri fedeltà lejn Kristu biex iwettaq lil ħutu kollha fil-fidi.

  1. Irrid nieħu wkoll l-okkazzjoni li nestendi tislima speċjali lill-Kardinal Baum, li reċentement biss ġie Ruma biex jassumi l-inkarigu tqil ta’ direttur tas-sagra kongregazzjoni għall-edukazzjoni kattolika. Fost il-ħafna responsabiltajiet tiegħu hemm il-promozzjoni ta’ tiġdid awtentiku tal-ħajja tas-seminarju f’Ruma u fid-dinja kollha. Ebda responsabiltà oħra ma tistà tkun ta’ importanza ikbar minn din tiegħu. Bi ftehim sħiħ ma’ din il-konvinzjoni tiegħi huwa l-kliem segwenti li ktibt lill-Isqfijiet tal-Knisja fl-ittra tiegħi ta’ Ħamis ix-Xirka s-sena li għaddiet.

“Ir-rikostruzzjoni sħiħa tal-ħajja fis-seminarji fil-Knisja kollha se tkun l-aħjar prova li lħaqna it-tiġdid li lejh il-Konċilju iddirieġa lill-Knisja”.

  1. Maħbubin ħuti u wliedi fi Kristu, intom tokkupaw post speċjali fi ħsibijieti u f’talbi, u jien nħares lejkom b’fiduċja. Għaliex jiena nara ż-żgħożija tagħkom u s-sinċerità tagħkom, qawwietkom u xewqietkom li sservu. Nara l-ferħ tagħkom u l-imħabba tagħkom għal Kristu u għall-poplu tiegħu.

Dan kollu jqajjem fija t-tama li t-tiġdid awtentiku tal-Knisja mibdi mal-Konċilju Vatikan II se jkun verament imwassal għat-twettiq. Iva, intom tgħixu l-wegħda kbira antika għall-ġejjieni tal-Knisja, għall-ġejjieni tal-evanġelizzazzjoni tad-dinja, dement li tibqgħu fidili: fidili għall-kelma ta’ Alla, fidili għall-Ewkaristija, fidili għat-talb u għall-istudju, fidili għall-Mulej li beda fikom dan ix-xogħol tajjeb, u li se jwasslu għat-twettiq (cf. Fil 1,6).

Għeżież ħuti u wliedi: ejjew infaħħru flimkien ismu, u nxandru bil-kelma u bl-azzjoni – illum u dejjem – li Ġesù huwa il-Kristu Bin Alla l-ħaj.

Miġjub mit-Taljan għall-Malti minn Emanuel Zarb

Published by

Joe Farrugia

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.