Pellegrinaġġ online minn Lourdes


F’dan is-sit hawn il-programm komplit tal-PELLEGRINAĠĠ ‘ONLINE’ li se jsir din il-ġimgħa ġo Lourdes. Għalkemm fl-Ewropa l-knejjes fetħu għall-pubbliku, il-pellegrinaġġi b’folol kbar li jsiru f’Lourdes se jdumu ma jibdew. Għalhekk is-Santwarju, li kien reġa’ fetaħ fis-16 ta’ Mejju, se jorganizza pellegrinaġġ ‘online’ nhar il-Ħamis 16 ta’ Lulju.

Dan il-pellegrinaġġ, bl-isem ta’ ‘Lourdes United’ se jkun sessjoni ta’ 15-il siegħa f’lingwi differenti, b’Quddies, Rużarju u talb ieħor. Se jkun pellegrinaġġ spiritwali li se juri li Lourdes hu sinjal ta’ paċi, ta’ fidi, ta’ mħabba u ta’ tama għad-dinja kollha. Dak inhar jaħbat l-anniversarju tal-aħħar dehra tal-Madonna lil Santa Bernadette Soubirous.

F’dil-paġna hemm filmat tassew sabiħ tas-Santwarju ta’ Lourdes.

https://croire.la-croix.com/Definitions/Sanctuaires/Programme-complet-Pelerinage-Lourdes-2020-07-09-1701104228Pp

 

Rapport għal-Laikos minn Joe Galea

Published by

Joe Farrugia

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.