F’dawn l-aħħar xhur żgħażagħ tal-Azzjoni Kattolika minn pajjiżi differenti fosthom Malta, ħadmu fuq resource pack rigward l-Eżortazzjoni Appostolika tal-Papa Franġisku “Christus Vivit – Kristu Jgħix.”

L-iskop hu li mhux biss il-messaġġ tal-Papa jasal għand aktar żgħażagħ u persuni involuti fil-ħidma pastorali maż-żgħażagħ, iżda wkoll li jsir approfondiment fuq il-punti mressqa f’dan id-dokument. Hu għalhekk li dan il-ktejjeb, maqsum skont il-kapitli tal-Christus Vivit, għandu fih diversi riżorsi bħal diski, intervisti u mistoqsijiet sabiex jgħinu lil dak li jkun jieqaf u jaħseb u jagħraf dak li Alla qed isejjaħlu għalih.
Qed naqsmu magħkom dan il-materjal għax nemmnu li jista’ jkun utli kemm fuq livell personali kif ukoll fil-missjoni fdata lilkom fil-mixja maż-żgħażagħ. Ir-resource pack apparti li għandu temi interessanti, għandu wkoll ħafna materjal li jista’ jiġi addattat u jintuża online u għalhekk inħeġġukom tirreferu għalih.
Il-ktejjeb tar-riżorsi tistgħu ssibuh hawnhekk bl-Ingliż …
Aktar informazzjoni hawnhekk …
http://www.catholicactionforum.org/youth-in-the-light-christus-vivit/?lang=en#loaded
Issib Christus Vivit bil-Malti … https://www.laikos.org/CV.htm
Aktar dwar Christus Vivit …https://www.laikos.org/CV/cv_rizorsi.htm