Inawgurazzjoni tar-restawr ta’ parti mill-knisja parrokkjali ta’ Ħal Balzan


Il-Ħadd, 20 ta’ Settembru 2020: Messaġġ mill-Isqof Awżiljarju Mons. Joe Galea Curmi fl-inawgurazzjoni tar-restawr ta’ parti mill-knisja parrokkjali ta’ Ħal Balzan.

Messaġġ mill-Isqof Awżiljarju Mons. Joe Galea Curmi

L-inawgurazzjoni tar-restawr ta’ din il-parti tal-knisja parrokkjali ta’ Ħal Balzan hija okkażjoni ta’ ċelebrazzjoni. Nixtieq nirringrazzja lil kull min għen biex dan ir-restawr seta’ jsir, u seta’ jsir b’mod tajjeb. Ħa nsemmi l-ewwel lill-poplu ta’ Ħal Balzan, li b’ġenerożità għen f’dan ir-restawr, u lill-Kappillan Mons. Karm Farrugia li kien dejjem il-mutur li jmexxi ’l quddiem il-ħidma li trid issir.

Il-poplu ta’ Ħal Balzan huwa grat għall-għajnuna sostanzjali u importanti li ġejjin mill-fondi Ewropej. Nirringrazzja lis-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej, l-EMCS, lill-Fondazzjon għall-Patrimonju Kulturali u s-Segretarju Amministrattiv tal-Arċidjoċesi, u lil kull min b’xi mod jew ieħor irsista biex tiġi din l-għajnuna; anke lil min ħadem b’mod daqshekk professjonali biex hu xogħol ta’ restawr tassew sabiħ.

Aħna għandna dmir li nħarsu l-patrimonju kulturali, artistiku u reliġjuż ta’ pajjiżna. Il-Knisja trid taqdi din ir-responsabbiltà b’mod sħiħ. F’Ħal Balzan għandna din il-knisja, ġawhra tal-patrimonju Malti, u rridu nieħdu ħsiebha. Nagħmlu dan b’apprezzament lejn dawk li ġew qabilna u dawk kollha li tul is-snin ħadmu biex jagħtuna dan il-wirt li hu espressjoni tal-fidi tagħhom, bi gratitudni lejn dawk li qed jieħdu ħsieb il-knisja bħalissa – u naf b’liema dedikazzjoni jieħdu ħsiebha, u b’impenn lejn il-ġenerazzjonijiet futuri għaliex irridu nħallu lil ta’ warajna dak li ksibna minn ta’ qabilna u nħalluh, kemm jista’ jkun, isbaħ u aħjar.

Jalla l-knisja ta’ Ħal Balzan tkompli tkun dejjem il-post sabiħ fejn in-nies iħossuhom milqugħin, maħbubin u megħjunin biex jiltaqgħu mal-Mulej, li hu l-milja tas-sbuħija.

Joseph Galea Curmi
Isqof Awżiljarju

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.