Illum il-Knisja tagħmel il-Festa tal-Arkanġli Mqaddsa, Mikiel, Gabrijel u Rafel

Print Friendly, PDF & Email

Fid-29 ta’ Settembru l-Knisja tagħmel il-Festa tal-Arkanġli Mqaddsa, Mikiel, Gabrijel u Rafel.

L-Iskrittura titkellem mill-anġli bħala l-ministri ta’ Alla li wasslu l-messaġġi tiegħu lill-bnedmin.

L-Arkanġli huma t-tieni mill-aħħar fost id-disa’ kori ta’ l-anġli – Serafini, Kerubini, Troni, Dominazzjoni, Virtujiet, Qawwiet, Prinċipati, Arkanġli u Anġli.

Fl-Iskrittura nsibu lil San Mikiel miżmum bħala l-Anġlu kustodju ta’ Iżrael (Daniel 12:1). L-isem Mikiel ifisser: “Min hu bħal Alla?” Sa minn żmien l-appostli, San Mikiel inħatar bħala l-Patrun u l-Protettur tal-Knisja (Apokalissi 12:7). Is-Santi Padri Griegi poġġewh bħala l-prinċep tas-Serafini.

Gabrijel ifisser “Alla wera lilu nnifsu l-Qawwi.” Fl-Iskrittura nsibu ismu fil-ktieb ta’ Danjel (Daniel 9:21-27), meta għarraf lil Danjel il-profezija tas-seba’ ġimgħat; fil-Vanġelu, meta ħabbar lil Żakkarija t-twelid ta’ San Ġwann il-Battista (Luqa 1:11); u meta ħabbar lil Marija li kienet ser tnissel Iben bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu (Luqa 1:26).

Rafel ifisser “Alla jfejjaq”. Insibu ismu fil-ktieb ta’ Tobit fejn narawh jiggwida lil Tobija fil-vjaġġ tiegħu, u fejjaq lil missier Tobit li kien agħma. Hu stess stqarr: “Jien Rafel, wieħed mis-seba’ anġli li qegħdin quddiem il-maestà tal-Mulej” (Tobija 12:15).

Sors: https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com

Leave a Reply

%d bloggers like this: