Illum il-Knisja qed tiċċelebra t-tifkira ta’ Santa Fawstina, magħrufa bħala l-Appostlu tal-Ħniena Divina. Hija meqjusa fost it-teologiċi bħala waħda mill-mistiċi kbar tal-Knisja.
Ħajjet Santa Fawstina kienet kollha mibnija fuq sforz kontinwu biex tkun f’għaqda sħiħa ma Ġesù, kif ukoll tagħmel għadd ta’ sagrifiċċji fil-ħidma għas-salvazzjoni tal-erwieħ. Huwa d-Djaru tagħha li jikxfilna l-profondità spiritwali tagħha.
Santa Fawstina, permezz tad-Djarju tagħha xerdet il-messaġġ tal-Ħniena Divina. Aħna wkoll imsejħin li dan il-messaġġ li Ġesù rrivela lil din il-Qaddisa Polakka, inwasluh mad-dinja kollha. It-Tama tagħna hi fil-Mulej, Ġesù, jien nafda fik.
Jew biex issir taf aktar fuq il-ħajja tagħha, idħol fuq is-sit: https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/2018/09/16/5-ta-ottubru-santa-marija-fawstina-kowalska/