Il-Papa joffri viżjoni Franġiskana biex tfejjaq dinja midruba


Bl-enċiklika Fratelli tutti, l-Papa Franġisku qed joffri viżjoni ta’ stil ġdid ta’ kif wieħed għandu jibni l-politika tiegħu.

Waqt lid-dinja qegħdha tikkumbatti fil-ġlieda tagħha kontra l-pandemija globali, l-Papa qed issejjaħ għal politika li telimina l-‘virus’ tal-individwaliżmu radikali u tibni fuq il-ġid komuni. F’din l-enċiklika, l-Qdusija tiegħu jippreżentalna l-Parabbola tas-Samaritan it-tajjeb u l-figura ta’ San Franġisk t’Assisi bħala mudell għalina.

Il-Papa Franġsiku jaddatta l-famuża talba ta’ San Franġisk: fejn hemm il-popoliżmu, l-Papa jrid li niffukaw fuq il-bnedmin; fejn qed jikber in-nazzjonaliżmu, hu jitlob għar-riforma fil-Ġnus Magħquda; fejn hemm l-individwaliżmu radikali, hu sejjaħ għas-solidarjetà; fejn hemm is-suq komuni, hu sejjaħ għad-distribuzzjoni ġusta tal-propjetà; fejn hemm politika ta’ mibgħeda, talab għad-djalogu urġenti.

Din l-enċiklika toffri li għandna nibnu moviment dinji ta’ fraternità. Titratta diversi suġġetti, fosthom: kultura diġitali, immigranti, ekonomija u armi nukleari, kif ukoll tenfasizza diversi pożizzjonijiet li l-Papa Franġisku enfasizza fuq kwistjonijiet globali. Il-Papa, f’din l-enċiklika jerġa jikkundanna l-piena kapitali.

Il-Papa Franġisku spjega li din l-enċiklika ġiet inspirata minn aħwa li mhumiex kattoliċi, fosthom Rev. Dr. Martin Luther King Jr, l-Isqof Anglikan Desmond Tutu, Mahatma Gandhi, kif ukoll imħeġġeġ mill-Imam il-Kbir Ahmad Al-Tayyeb. Hu talab lir-reliġjonijiet kollha biex jibnu fuq il-fraternità umana. Dan f’istess spirtu li għamel San Franġisk meta mar biex jiltaqa’ mas-Sultan tal-Eġittu biex jitwaqqaf il-konflitt. “San Franġisk wassal l-imħabba t’Alla”.

Hu jgħalaq l-enċiklika ‘Lkoll aħwa’, b’talba ekumenika.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit:

https://www.thetablet.co.uk/news/13437/pope-offers-franciscan-vision-to-heal-broken-world

Aktar taghrif dwar l-Enċiklika, Fratelli tuttihttps://www.laikos.org/ft.htm