Il-lockdown tal-Covid-19 wera “illitteriżmu spiritwali”

Print Friendly, PDF & Email

“Hi kurjuża li ħafna nies ilmentaw li ma setgħux jirċievu l-ewkaristija u li ma setgħux jiġu ċċelebrati funerali fil-knejjes, imma mhux daqshekk inkwetaw dwar kif ħa jirrikonċiljaw ma’ Alla u mal-oħrajn”,  dan qalu l-Isqof Mario Grech, is-Segretarju ġenerali tas-Sinodu tal-Isqfijiet.

F’intervista li ta’ lil ‘Civiltà Cattolica’, li kopja tagħha kienet publikata wkoll fil-Laikos l-Isqof Mario Grech ta’ ħarsa kritika ħafna tal-attitudni tal-Kattoliċi fiż-żmien il-kriżi tal-Covid-19. Hu stqarr li l-Knisja teħtieġ titgħallem il-lezzjoni tal-konfinament billi tibdel ‘il-mudelli pastorali’ u ssir rijabilitazzjoni ‘tal-Knisja domestika’.

“Fiż-żmien il-pandemija, ċertu klerikaliżmu ħareġ, anke fuq il-midja soċjali. Aħna rajna grad ta’ esebizzjoniżmu u pietiżmu li iktar għandu x’jaqsam mal-maġija milli espressjoni ta’ fidi matura”, stqar l-Isqof Grech. L-Isqof Malti ddeskriva li l-Knisja mhux dejjem kienet aġġornata biex tittratta s-sitwazzjoni u li spiċċat tinqered fuq il-kwistjonijiet tal-impossibiltà li taċċessa s-sagramenti. Hu qal li “l-Ewkaristija mhux l-uniku possibiltà lin-nisrani għandu biex jesperjenza il-misteru u li jiltaqa’ mal-Mulej Ġesù”. Hu kkwota lil Papa Pawlu VI meta għallem li “l-Ewkaristija, hija l-presenza ‘rejali’ ta’ Kristu, mhux bl-esklużżjoni, bħallikieku oħrajn ma kienux ‘rejali’”. Hu esprima t-twemmin tiegħu li “li ħafna drabi fil-passat riċenti, l-attività pastorali fittxet li twassal għas-sagramenti u mhux li twassal permezz tas-sagramenti għall-ħajja Kristjana”. Hu stqarr li dan ikun suwiċidju jekk wara l-pandemija, nergħu nirritornaw lejn l-istess mudelli pastorali li qed nużaw bħalissa.

Filfatt, din il-kriżi waslitna biex niskopru “ekkleżjoloġija ġdida, forsi anke teoloġija ġdida, u minisiteru ġdid”. L-ewwel u qabel kollox, din l-esperjenza ikkonfermat li s-servizz lejn il-morda u l-foqra huwa mod effettiv għall-Insara biex jgħixu l-fidi tagħhom, “tirrifletti Knisja preżenti fid-dinja tal-llum, u mhux iktar fi ‘Knisja tas-sagristija’, li irtirat mit-toroq u li kuntenta tipproġetta s-sagristija fit-toroq”.

It-tieni, dan il-perjodu ta’ konfinament, ippermetta lill-familji jifhmu l-vokazzjoni tagħhom u ‘jiżvillupaw il-potenzjal tagħhom’. F’dan is-sens, l-Isqof Grech qal li l-kriżi għandha twassal għal “rijabilitazzjoni tal-Knisja domestika u tingħata iktar spazju”. L-Isqof Malti saħaq li “jekk il-Knisja domestika tfalli, il-Knisja ma tibqax teżisti. U jekk ma jkunx hemm Knisja domestika, il-Knisja ma għandiex futur!”

L-Isqof Emeritu ta’ Għawdex jemmen li dan il-kunċett ta’ Knisja domestika, li għalkemm ġiet enfasizzata fil-Konċilju Vatikan II, bla dubju, kien il-vittma tal-klerikaliżmu pervers. Hu stqarr li din in-negattivita fil-kunċett tal-Knisja domestika tmur lura għar-raba’ seklu, “meta saret is-sagralizzazzjoni tas-saċerdoti u l-isqfijiet, għad-determinent tas-saċerdozju komuni li rċivejna fil-Magħmudija”. Skond Mons. Mario Grech “aktar ma avvanzat l-istituzzjonalizzazzjoni tal-Knisja, aktar naqsu n-natura u l-kariżma tal-familja bħala Knisja domestika”.

Fl-aħħar, għalkemm ħafna għadhom m’humiex konvinti tal-kariżma evanġelizzanti tal-familja u l-kreatività missjunarja tagħha, l-Isqof Grech u konvint mill-kuntrarju. Il-miżżewġin huma “kapaċi jsibu lingwaġġ ‘teoloġiku-kateketiku ġdid għall-proklamazzjoni tal-Evanġelju tal-familja”. Huwa ikwota l-Papa Franġsiku: “Alla fda lil familja mhux ir-responsabilità għall-intimità bħala għan fih innifsu, imma l-proġett eċċitanti li d-dinja ssir domestika”.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit:

https://www.laikos.org/IMG_CC_14102020.htm

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading