Il-Papa dwar l-unjoni ċivili


Għaliex il-kummenti tal-Papa dwar l-unjonijiet ċivili huma tant importani.

Persuni omosesswali għandhom id-dritt li jkunu f’familja. Huma wlied Alla u għandhom dritt għall-familja. Ħadd ma għandu jitkeċċa ‘l barra jew isir miżeru fuqha”, hekk qal il-Papa Franġisku waqt intervista f’dokumentarju li għadu kif ħareġ bl-isem ta’ “Francesco”. “Dak li jrid ikollna hija unjoni ċivili – hekk huma legalment koperti. Jien appoġġajt dan”.

B’dan il-kliem, juri li l-Papa Franġisku kien indirizza din il-kwistjoni fil-passat. Huwa kien qed jirreferi għas-snin meta kien Arċisqof ta’ Buenos Aires, meta hu kien oppona l-liġi li tippermetti żwieġ bejn persuni tal-istess sess. Huwa kien appoġġa aktar protezzjoni legali tad-drittijiet tal-koppji tal-istess sess fi kwistjonijiet differenti, li jistgħu jinkludu wirt u aċċessabilità għall-kura medika.

Il-Kardinal Vincent Nichols, l-Arċisqof ta’ Westminster u l-President tal-Konferenza Episkopali tal-Ingilterra u Wales, fl-2011, simili kien ħa l-istess pożizzjoni, meta il-gvern tar-Renju Unit ried jintroduċi l-liġi dwar iż-żwieġ bejn l-istess sess.

Wara l-aħħar intervista tal-Papa, l-Knisja qed tidher li qed tersaq eqreb lejn dak li kien artikulat f’Westminister u Buenos Aires kważi għaxar snin ilu, li tenfasizza li żwieġ jibqa’ bejn raġel u mara, ‘mma li tappoġġa – jew ma topponiex – ir-rikonoxximent tal-unjoni ċivili bejn persuni tal-istess sess.

Ħa jkun hemm xi wħud li jgħidu, li dan hu bidu ġdid minħabba li fil-passat kien hemm oppożizzjoni mill-Vatikan fuq l-unjoni ċivili, ‘mma l-Papa saħaq li fuq il-kwistjoni LGBT hu jsegwi l-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika li jiddikjara li persuni omosesswali għandhom jiġu ttrattati “b’rispett, b’kompassjoni u b’sensittività”. Il-bidla kienet fit-ton, fil-lingwa u fl-enfassi.

Mill-bidu ta-Pontifikat tiegħu, l-linġwaġġ tal-Papa Franġisku kien differenti ħafna. Meta kienu staqsewh fuq is-saċerdoti li huma omosesswali, hu kien qal: “Min jien biex niġġudika?” Fid-dokument tal-ħajja tal-Familja ‘Amoris Laetitia’, hu stqarr li “kull persuna, rrispettivament mill-orjentazzjoni sesswali, għandha tkun rispettata… filwaqt li għandu jiġi evitat kull sinjal ta’ ‘diskriminazzjoni nġusta’”

Fid-dokumentarju hemm filmat ta’ meta l-Papa kien qed jiġi ntervistat fuq l-ajruplan, hu kien wieġeb hekk għal waħda mill-mistoqsijiet li sarulu: “Aħna għandna bżonn li nakkumpanjaw in-nies, bħalma kien jagħmel Ġesù. Meta persuna omosesswali tersaq quddiem Ġesù, Hu qatt ma jwieġeb, ‘itlaq għax int omosesswali, le”.

Il-Papa Franġsiku, offra l-appoġġ tiegħu dwar l-unjoni ċivili tal-istess sess, dak li jista jkun mument importanti fil-ministeru tal-Knisja ma’ Kattoliċi omosesswali.

F’dan il-filmat tqasir a’ hawn taħt, Fr. Agustino Torres, C.F.R. jiċċara dak li qal tassew il-Papa Franġisku u li kien interpretat ħażin, aktarx b’mod malizjuż …

Fr. Agustino Torres, C.F.R. dwar x’qal tassew il-Papa Franġisku ….

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit:

https://www.thetablet.co.uk/news/13500/why-the-pope-s-comments-on-civil-unions-are-so-momentous

One thought on “Il-Papa dwar l-unjoni ċivili”

  1. Hekk kif nhar l-Erbgħa, il-21 ta’ Ottubru ntwera l-premiere tad-dokumentarju “Francesco” fil-Festival tal-Films ta’ Ruma, kliem il-Papa Franġisku ssupera kull aħbar oħra dakinhar u l-għada. Dan għax f’intervista l-Papa kien qal li: “L-omosesswali għandhom dritt li jkunu f’familja. Huma ulied Alla”, u “Hemm bżonn li jkun hemm liġi dwar l-unjoni ċivili, b’dak il-mod ikunu legalment koperti.”

    Id-dokumentarju jinkludi suġġetti oħra li l-Papa tant jitkellem dwarhom, bħall-ambjent, il-faqr, il-migrazzjoni, inugwaljanza razzjali u finanzjarja u dwar id-diskriminazzjoni.

    Ħaġa naturali li l-midja qed tiffoka fuq x’qal il-Papa dwar l-unjoni ċivili u tiskarta tant tagħlim li l-Papa Franġisku jwassal kuljum dwar diversi realtajiet ta’ żmienna. Imma min ġenwinament għandu l-Knisja Kattolika għal qalbu tajjeb li jfittex ukoll dak li probabbli l-Knisja se tiċċara b’mod uffiċjali dwar dan id-dokumentarju.

    https://timesofmalta.com/articles/view/pope-francis-declares-support-for-same-sex-civil-unions.826318?utm_source=tom&utm_campaign=newsletter&utm_medium=email&utm_content=2020-10-22

    Joseph Galea

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.