Nirrispettaw il-kuxjenza tagħna u ta’ ħaddieħor


Il-Ġimgħa, 23 ta’ Ottubru 2020: Quddiesa u Rużarju mill-Arċisqof Charles J. Scicluna fil-Kurja tal-Arċisqof …

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Il-Mulej jinsisti fuq il-kapaċità tagħna li nagħrfu s-sinjali: “Għala ma tiġġudikawx intom stess x’inhu s-sewwa?” (Lq 12:57). Qiegħed jirreferi wkoll għall-istint qawwi li aħna nsejħulu l-kuxjenza. Il-kuxjenza hija dak ir-raġunament tal-qalb, u mhux biss tal-moħħ, li jikkonvinċina x’inhu sewwa u x’inhu mhux sewwa, x’inhu ħażin. Il-Mulej jgħallimna nagħżlu bejn it-tajjeb u l-ħażin u qed ifakkarna li aħna, fil-qalb tagħna, jekk inkunu onesti magħna nfusna, għandna dan id-don u l-kapaċità li niġġudikaw aħna stess x’inhu s-sewwa. Għalhekk, huwa tajjeb li l-Istat jirrikonoxxi l-qawwa tal-kuxjenza tal-individwu imma aħna wkoll nirrispettaw il-kuxjenza tagħna.

Tkun iebsa meta xi ħadd jitolbok timxi kontra l-kuxjenza tiegħek. Il-Mulej qed ifakkarna li aħna mhux biss għandna l-kapaċità nagħrfu imma wkoll niddeċiedu skont il-kuxjenza tagħna.

Hu jgħidilna: Mhux aħjar inti u sejjer lejn it-tribunal tirranġa qabel? Jekk indunajt li għamilt żball, ipprova rranġah! (ara Lq 12:58). Uħud minna nwebbsu rasna biex taparsi ma naqgħux għaċ-ċajt imma l-irġulija titlob li jekk indunajt li għamilt żball, nammetti u nirranġah. Anke għaliex jekk ma nagħmilx hekk, il-konsegwenzi jistgħu jkunu koroh, li ma jogħġbunix.

Illum il-Mulej qed jgħallimna żewġ regoli ta’ prudenza. Inti għandek il-qawwa tagħżel bejn it-tajjeb u l-ħażin, imxi fuqha. Jekk tinduna li qiegħed fl-iżball, irranġa qabel l-iżball tiegħek, jekk tista’ tirranġah. Mhux aħjar milli nkomplu bil-konsegwenzi iebsa tal-ħmerijiet li nkunu għamilna?

Xi tfisser li naraw u naqraw is-sinjali taż-żminijiet? Il-Mulej qed jgħallimna xi ħaġa minn dan li għaddejjin minnu? Nistgħu nitgħallmu xi ħaġa? Nidħlu fina nfusna u ngħarfu x’inhuma l-iżjed affarijiet prezzjużi, imma tassew, mhux il-frugħa. X’inhuma l-għażliet li għandna nagħmlu, l-istil ta’ ħajja li nistgħu ngħixu bih?

Illum qed infakkru lil San Ġwann ta’ Capestrano, patri Franġiskan għaref li mexa mal-Ewropa kollha jipprietka l-qawwa tal-isem ta’ Ġesù. Nitolbu l-interċessjoni tiegħu biex aħna l-Insara ma nafdaw f’xejn ħlief fil-qawwa tal-isem qaddis ta’ Ġesù.

✠ Charles Jude Scicluna
Arċisqof ta’ Malta

Il-Qari tal-Quddiesa:
Qari I: Efes 4, 1-6
Salm: 23 (24), 1-2.3-4ab.5-6
Evanġelju: Lq 12, 54-59

Sors: www.knisja.mt

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.