Lezzjoni II: San Ilarju

Print Friendly, PDF & Email

13 ta’ Jannar. SAN ILARJU ISQOF U DUTTUR TAL-KNISJA

Tifkira

Twieled f’Poitiers fil-bidu tas-seklu 4; għall-ħabta tas-sena 350 ħatruh isqof ta’ belt twelidu; ħadha b’qawwa kbira kontra 1-Arjani, u l-imperatur Kostantinu eżiljah. Kiteb opri mimlijin għerf u tagħlim biex isaħħaħ il-fidi kattolika u jfisser l-Iskrittura Mqaddsa.

Miet fis-sena 367.

Fl-Uffiċċju tal-Qari

LEZZJONI II

Qari mit-Trattat fuq it-Trinità tal-Isqof San Ilarju

(De Trinitate, lib. 1:37—38)

Naqdik billi nxandrek

Alla Missier li tista’ kollox, jiena nħoss li l-aqwa dmir tiegħi f’ħajti huwa dan: li dak kollu li ngħid u nħoss, kollox ikun għalik, Meta naqdi dan id-dmir, bl-għajnuna tal-grazzja fiegħek, ma jistax ikolli ħlas akbar minn dak li naqdik u li nxandrek fost il-bnedmin li ma jafukx jew fost l-eretiċi li jiċħduk, u nurihom li teżisti int, il-Missier, jiġifieri, il-Missier ta’ Alla l-Iben il-waħdieni.

Sa hawn biss tasal il-ħidma tar-rieda tiegħi; mill-bqija nitolbok biex, bl-għajnuna u l-ħniena tiegħek, tagħtini d-don u tonfoħ in-nifs ta’ l-Ispirtu tiegħek fuq il-qlugħ

mifruxin tal-fidi u tal-istqarrija tagħna, u tmexxina l-quddiem fit-triq tal-predikazzjoni li nkunu bdejna. Għax mhux se jonqosna minn kelmtu dak li wegħedna u qal: Itolbu, u jingħatalkom; fittxu , u ssibu; ħabbtu, u jiftħulkom.

Aħna l-foqra nitolbu dak li jonqosna, infittxu b’ħeġġa sħiħa fil-kitba tal-profeti u 1-Appostli tiegħek, u nħabbtu fuq il-bibien magħluqa tad-dehen; iżda mbagħad int trid tkun biex naqilgħu dak li nitolbu u nsibu dak li nfittxu, u biex il-bieb li nħabbtu jinfetħilna.

Aħna qisna mitluqa; fl-għażż u l-ħedla tan-natura tagħna, il-ħila dgħajfa ta’ moħħna żżommna magħluqin fl-injoranza tagħna li ma nistgħux naħarbuha u ma tħalliniex nifhmu dak li hu tiegħek; iżda 1-ħerqa għat-tagħlim tiegħek tgħinna biex infissru għerfek, u l-ubbidjenza, li tiġi mill-fidi, twassalna aktar ’il quddiem minn fejn tasal il-fehma naturali tagħna.

Għalhekk nistennewk li tħeġġiġna f’din il-ħidma li bdejna b’tant biża’, twettaqna fiha u tmexxina ħafna ‘l quddiem, u tagħtina sehem mill-ispirtu tal-profeti u 1-Appostli biex nifhmu tajjeb kliemhom u ma nagħtuhx tifsira oħra għajr dik li huma tawh, u nxandru dak li sewwasew riedu jgħidu huma skond it-tifsir veru tiegħu.

Se nitkellmu fuq dak li huma xandru b’mod misterjuż: nitkellmu fuqek Alla etern, il-Missier ta’ Alla l-Iben il-waħdieni u ta’ dejjem; fuqek, waħdek bla bidu, u fuq il-Mulej wieħed Ġesu Kristu mnissel minnek sa minn dejjem, mhux bħallikieku żewġ allat tassew u magħżula minn xulxin, anqas ma nxandruh qisu mhux imnissel minnek għax int Alla wieħed, u anqas ma nistqarruh mod ieħor ħlief bħal Alla veru, imnissel minnek, Missier Alla veru.

Agħtina, mela, li nifhmu sewwa kull ma ngħidu, dawwal il-fehma tagħna, agħmel li nibżgħu għall-ġieħ tal-ħwejjeġ li nitkellmu fuqhom, imliena bil-fidi fil-verità.

Agħmel li ngħidu dak li nemmnu: permezz tal-Appostli u l-profeti, aħna għarafna lilek, Alla wieħed u Missier, u lill-Mulej wieħed Ġesu Kristu; agħmel issa li jseħħilna nitkellmu kontra l-eretiċi li jiċħduk, u mhux biss infaħħruk bħala Alla, iżda wkoll inxandru bla qerq lil Alla Ibnek.

RESPONSORJU                                                                    1 Ġw 4:2-3. 6 . 15

1 Kull spirtu li jistqarr li Ġesu Kristu sar bniedem hu minn Alla; u kull spirtu li ma jistqarrx lil Ġesu, m’huwiex m inn Alla. * Minn dan inkunu nafu liema hu l-ispirtu tal-verità u liema hu l-iSpirtu tal-gideb.

2. Kull min jistqarr li Ġesu hu 1-Iben ta’ Alla, Alla jgħammar fih u hu f’Alla. * Minn dan inkunu nafu liema hu 1-ispirtu tal-verità u liema hu 1-ispirtu tal-gideb.

Talba

O Alla li tista’ kollox* 1-isqof San Ilarju għallem b’qawwa kbira li Ibnek huwa Alla: agħmel li nifhmu tajjeb dan it-tagħlim u nistqarruh tassew. B’Ibnek.

%d bloggers like this: