It-Tmexxija tal-Ażerbajġan wegħdet li ser tipproteġi lill-poplu Armen ta’ Karabakh, kif ukoll li l-knejjes Insara se jkunu protetti meta l-pajjiż Musulman jieħu pussess ta’ żoni li qabel kienu kkontrollati mill-Armeni.
L-uffiċċju tal-President Ilham Aliyev qal li l-President għamel wegħda f’telefonata mal-President Russu Vladimir Putin, li qed juża forzi għaż-żamma tal-paċi fi żoni ta’ ftehim wara li ntemm sitt ġimgħat ta’ ġlied bejn l-Armenja u l-Ażerbajġan fuq ir-reġjun ta’ Nagorno-Karabakh.
L-ewwel wieħed mit-territorji, Kalbajar, kellu jitieħed nhar il-Ħadd, iżda l-Ażerbajġan qabel fl-aħħar minuta li jagħti lill-forzi u liċ-ċivili Armeni sal-25 ta’ Novembru biex jirtiraw. Kalbajar hija d-dar tal-monasteru magħruf ta’ Dadivank tal-Knisja Appostolika Armena. Nhar is-Sibt, ġurnata qabel it-trasferiment mistenni tat-territorju, il-ħaddiema neħħew ħafna mill-oġġetti sagri tal-monasteru.
Għalkemm il-President Aliyev qal li l-Knejjes Insara fit-territorji tal-Ażerbajġan, se jkunu protteti kif suppost mill-istat u l-insara tal-Ażerbajġan se jkollhom aċċess għal dawn il-knejjes, madankolli, il-profonazzjoni reċenti tal-Knejjes għamlitha ċara li l-amministrazzjoni ta’ Baku mhix interessata li tipproteġi dawn is-siti.
Ħareġ filmat fuq il-pjattaformi tal-midja soċjali li juri suspettat suldat mill-Ażerbajġan jew merċenarju Sirjan, wieqaf fuq kappella f’Karabakh jgħajjat ‘Allhu Akbar’ (Alla hu Ikbar). Huwa maħsub li l-filmat ġie ffilmjat reċentament. Oħrajn instemgħu jirrepetu warajh ‘Allahu Akbar’.
Ġurnata biss qabel ma ġie rilaxxat l-imsemmi filmat, ritratt ta’ Knisja profonata fl-Armenja kienu dehru online. Il-Knisja kienet tinsab fil-belt strateġika ta’ Sushi, fir-reġjun ta’ Karabakh.
Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://christianpersecution.com/azerbaijan/azerbaijani-soldiers-desecrating-armenian-churches/
Kif ukoll fuq is-sit: