Il-Papa Franġisku jipproklama s-Sena Ġużeppina


F’ittra Appostolika ġdida ntitolata Patris corde (Bil-Qalb ta’ Missier), il-Papa Franġisku jiddeskrivi lil San Ġużepp bħala missier maħbub, missier teneru u li jħobb, missier ubbidjenti, missier li jaċċetta; missier li huwa kuraġġuż, missier li jaħdem, u missier fid-dellijiet.

L-Ittra timmarka l-150 sena minn meta l-Beatu Papa Piju IX iddikjara lil San Ġużepp bħala l-Patrun tal-Knisja Universali. Biex jiċċelebra dan l-anniversarju, l-Papa Franġisku ħabbar ‘Sena Ġużeppina’, li tibda mis-Solennità tal-Kunċizzjoni 2020 u tibqa’ sejra sal-istess festa fl-2021.

Il-Qdusija Tiegħu kiteb Patris corde fl-isfond tal-pandemija tal-Covid-19, li, jgħid, għennietna naraw b’mod iktar ċar l-importanza ta’ nies ‘ordinarji’ li, għalkemm ‘il bogħod mill-attenzjoni, jeżerċitaw il-paċenzja u joffru tama kuljum. F’dan, jixbħu lil San Ġużepp, “ir-raġel li ma jiġix innutat, preżenza tiegħu ta’ kuljum kienet diskreta u moħbija”, li madankollu kellu “rwol inkomparabbli fl-istorja tas-salvazzjoni”.

Il-Penitenzerija Appostolika wkoll ħarġet digriet li tagħti ndulġenzji speċjali għat-tul tas-sena speċjali biex jiġi ċċelebrat dan l-anniversarju u “biex jipperpetwaw l-inkarigu tal-Knisja kollha għall-patronċinju qawwi tal-Kustodju ta’ Ġesù”. Matul dan il-perjodu, l-fidili se jkollhom l-opportunità li jimpenjaw ruħhom “bit-talb u bl-opri tajba, biex jiksbu, bl-għajnuna ta’ San Ġużepp, kap tal-Familja Qaddisa ta’ Nazaret, faraġ u serħan mit-tribulazzjonijiet umani u soċjali serji li jassedjaw d-dinja kontemporanja tal-llum”.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2020-12/pope-francis-proclaims-year-of-st-joseph.html

Kif ukoll fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/vatican-city/news/2020-12/apostolic-penitentiary-plenary-indulgence-year-st-joseph.html

Published by

Joe Farrugia

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.