Il-Kattoliċi huma mitluba biex jaħdmu għall-għaqda nisranija

Skond dokument ġdid maħruġ mill-Vatikan, il-ħidma għall-għaqda Nisranija ma tistax titqies iktar bħala “mhux obbligatorja” mill-isqfijiet, u l-Kattoliċi għandhom jevitaw il-polemiċi meta niġu għad-djalogu ekumeniku.

Il-Kunsill Pontifiċju għall-Promozzjoni tal-Unità Nisranija ħareġ ktieb ta’ gwida, magħruf bħala ‘vademecum’, li joffri rakkomandazzjonijiet prattiċi għall-isqfijiet dwar kif tippromwovi l-għaqda bejn l-Insara. Dan id-dokument jgħid li “t-tħassib għall-għaqda għandu jkun parti f’kull parti tal-ministeru tiegħu: fit-tagħlim tal-fidi tiegħu, fil-ministeru sagramentali tiegħu, u permezz tad-deċiżjonijiet tal-kura pastorali tiegħu, huwa msejjaħ biex jibni u jsaħħaħ dik l-għaqda li għaliha Ġesù talab fl-Aħħar Ċena”.

Id-dokument iwissi wkoll kontra l-użu ta’ argumenti disputati jew  “li tirrappreżenta b’mod ħażin il-pożizzjonijiet ta’ Kristjani oħra” u li l-Kattoliċi għandhom jiffokaw fuq “il-veritajiet minflokk sempliċement dak li hemm jifred”. Il-‘vademecum’ jispjega lin-nuqqas ta’ qbil teoloġiku, jeħtieġ li jiġu ndirizzati “b’mod li jitwarrab il-lingwaġġ polemiku u l-preġudizzji tal-passat”.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.thetablet.co.uk/news/13644/catholics-told-to-work-for-christian-unity

Published by

Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.