Il-Papa Franġisku, illum jagħlaq 84 sena

Print Friendly, PDF & Email

Illum hu jum speċjali għal Papa Franġisku, peress li llum hu għeluq sninu. Iżda l-Papa qed iqatta’ din il-ġurnata b’mod ordinarju, fil-kwiet u fit-talb, bħallikieku kienet ġurnata bħal oħrajn. Illum il-Papa Franġisku jagħlaq 84 sena u x-xewqat sbieħ ġew mid-dinja kollha.

Fost dawk li bagħtu l-isbaħ xewqat tagħhom lill-Papa kien hemm il-President Taljan Sergio Mattarella, li kiteb lill-Papa ittra ta’ tislima li fiha jirringrazzjah ukoll “tas-sehem u s-solidarjetà” li wera lill-poplu Taljan f’din is-sena ta’ inċertezza u biża’. L-Arċisqof Justin Welby ta’ Canterbury, il-mexxej primarju tal-Komunjoni Anglikana fi tweet kiteb: “Happy Birthday lil ħabib tiegħi w għażiż ħija fi Kristu, il-Papa Franġisku. Grazzi għat-tmexxija ferrieħa w umli tiegħek, xhud tal-imħabba ta’ Ġesù Kristu”.

Jorge Mario Bergoglio twieled fi Buenos Aires fis-17 ta’ Diċembru 1936, iben l-emigranti tal-Piemonte. Missieru Mario kien impjegat fil-ferroviji, filwaqt li ommu, Regina Sivori, kienet tieħu ħsieb id-dar u l-edukazzjoni tal-ħames ulied. Ġie ordnat saċerdot fit-13 ta’ Diċembru 1969, għal sitt snin kien provinċjal tal-Ġiżwiti tal-Arġentina. Maħtur l-ewwel isqof awżiljarju ta’ Buenos Aires u mbgħad arċisqof koadjutur, fit-28 ta’ Frar 1998 huwa ħa post il-Kardinal Quarracino fit-tmexxija tad-djoċesi. Maħtur kardinal fl-2001, u ġie elett Papa fit-13 ta’ Marzu 2013.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.agensir.it/quotidiano/2020/12/17/papa-francesco-oggi-compie-84-anni/

Kif ukoll fuq is-sitt: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2020-12/pope-francis-84th-birthday.html

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.