Il-Proġett – X’inhuwa dan il-proġett tal-Papa Franġisku?
Is-Sena “Familja Amoris Laetitia” hija inizjattiva tal-Papa Franġisku, li għandha l-għan li tilħaqq lil kull familja madwar id-dinja, u dan permezz ta’ għadd ta’ proposti spiritwali, pastorali u kultura li jistgħu jkunu mwettqa fil-parroċċi, djoċesijiet, universitajiet, movimenti ekklesjali u assoċjazzjonijiet tal-familja.
L-esperjenza tal-pandemija enfasizzat ir-rwol ċentrali tal-familja bħala l-Knisja domestika u l-importanza tar-rabtiet komunitarji bejn il-familji. Dawn ir-rabtiet jagħmlu b’mod awtentiku, lill-Knisja “familja tal-familji” (AL 87).
Il-familja jixirqilha sena ta’ ċelebrazzjoni, sabiex tkun tista’ titqiegħed fiċ-ċentru tal-impenn u l-kura ta’ kull realtà pastorali u ekkleżjali.
Ara aktar tagħrif … https://www.laikos.org/familja/index.htm