Lezzjoni II: San Ansgarju (Oscar)

L-istess jum: 3 ta’ Frar. SAN ANSGARJU, ISQOF

Tifkira

San Ansgar, (Oscar) appostlu tad-Danimarka u tal-Isvezja, twieled fis-sena 801, f’Amiens, Franza, għand familja nobbli. Ġie edukat mill-patrijiet benedittini fil-monasteru ta’ Corbie l-Qadim, f’Picardy, Franza, u wara sar patri fl-istess monasteru. Fis-sena 826, mar id-Danimarka bħala missjunarju, biex ixandar il-fidi, iżda ftit laqgħu l-kelma tiegħu; tela’ l-Isvezja, u hawn bena l-ewwel knisja Nisranija. Girgor IV wettaq il-ħatra tiegħu bħala isqof ta’ Hamburg, u għamlu wkoll legat tiegħu fid-Danimarka u fl-Isvezja. Fis-sena 848, ġie maħtur Arċisqof ta’ Bremen, il-Ġermanja. Miet fil-paċi fi Bremen fis-sena 865, u ġie midfun fil-Katidral tal-Belt.

Fl-Uffiċċju tal-qari

Lezzjoni II

Qari mid-Digriet tal-Konċilju Vatikan it-tieni, fuq il-ħidma missjunarja tal-Knisja

(Ad Gentes. 23- 24)

Jenħtieġ inxandru l-misteru ta Kristu

Għalkemm kull dixxiplu ta’ Kristu għandu fuqu d-dmir li, kemm jiġi minnu, ixerred il-fidi, Kristu l-Mulej dejjem isejjaħ lil min irid hu minn fost id-dixxipli tiegħu, biex jibqgħu miegħu u jibgħathom jippridkaw lill-ġnus.

Għalhekk, permezz tal-Ispirtu s-Santu, li jqassam il-kariżmi tiegħu kif irid, huwa jnissel is-sejħa missjunarja fil-qalb ta ’ xi wħud, u fl-istess ħin iqajjem fil-Knisja xi istituti li jieħdu bħala dmir proprju tagħhom l-uffiċċju tal- evanġelizzazzjoni, li hu tal-Knisja kollha.

Xi wħud, li jinqalgħu għal din il-ħidma għax għandhom natural tajjeb u ħila u għaqal, u li huma mħejjija biex jagħmlu ħidma missjunarja, jieħdu fuqhom il-marka tas-siġill ta’ sejħa speċjali, sew jekk huma saċerdoti jew reliġjużi jew lajċi, sew jekk huma nies tal-post jew barranin. Is-setgħa leġittima tibgħathom, u huma, mimlijin bil-fidi u l-ubbidjenza, imorru fost dawk li huma mbiegħda minn Krislu, magħżulin għax-xogħol li jkunu nħatru għaliħ bħala ministri ta’ l-Evanġelju, biex Alla jilqa’ lill-ġnus bħala offerta li togħġbu u jqaddishom bl-Ispirtu s-Santu.

Iżda meta Alla jsejjaħ jenħtieġ li l-bniedem iwieġeb mingħajr ma joqgħod iqis li hu bniedem tad-demm u l-laħam u jingħata kollu kemm hu għax-xogħol tal-Evanġelju. Imma ħadd ma jista’ jagħti din it-tweġiba jekk ma jkunx imnebbaħ u msaħħaħ mill-Ispirtu s-Santu.

Għax il-bniedem mibgħut jidħol fil-ħajja u l-missjoni ta’ dak li tneżża minn kollox billi ħa n-natura ta’ Isir. U għalhekk jenħtieġlu jkun imħejji biex jgħaddi ħajtu kollha f’din is-sejħa tiegħu, jiċħad lilu nnifsu u kull ma jkun laħaq kiseb, u jsir kollox ma kulħadd.

Hu u jħabbar l-Evanġelju fost il-ġnus, għandu jxandar bil-fiduċja l-misteru ta’ Kristu li għamlu ambaxxatur tiegħu, hekk li bis-saħħa tiegħu jagħmel il-qalb u jitkellem kif jenħtieġ, bla ma jistħi mill-iskandlu tas-salib.

Huwa jimxi fuq il-passi tal-Imgħallem tiegħu, ta’ qalb ħelwa u umli, u juri lil kulħadd li l-madmad tiegħu hu ħelu u t-toqol tiegħu ħafif.

Permezz ta’ ħajja tassew evanġelika, b’qawwa sal-aħħar, bis-sabar, bil-ħlewwa u b’imħabba sinċiera, huwa jagħti xhieda lil Sidu, mqar jekk għall-bżonn ikollu jxerred demmu għalih.

Huwa jitlob lil Alla biex jagħtih il-qawwa u s-saħħa, ħalli jista’ jagħraf x’hena bla qjies isib jekk iġarrab it-taħbit u l-għera tal-faqar.

RESPONSORJU                                                                                           

1Kor 9:16, 22

1. Jekk jiena qiegħed inxandar 1-Evanġelju m’għandix biex niftaħar; jiena obbligat nagħmel dan. *Hażin għalija jekk ma nxandarx l-Evanġelju.

2. Sirt kollox ma’ kulħadd, biex insalva ’1 kulħadd. * Ħażin għalija jekk ma nxandarx l-Evanġelju.

Talba

O Alla, int bgħatt lill-isqof San Ansgarju biex iwassal id-dawl tiegħek lil bosta ġnus: agħtina 1-għajnuna tat-talb tiegħu, ħalli nimxu dejjem ’il quddiem fid-dawl

tal-verità tiegħek. B’Ibnek.