Il-Papa jitlob lill-fidili biex jitolbu għaż-żjara tiegħu fl-Iraq

Nhar l-Erbgħa, waqt l-Udjenza Ġenerali, l-Papa Franġisku talab lill-fidili biex jakkumpanjawh bit-talb fil-Vjaġġ Appostoliku li l-Qdusija Tiegħu ser jagħmel lejn l-Iraq. “Pitgħada, jekk Alla jrid, jien ser immur l-Iraq għal pellegrinaġġ ta’ tlett ijiem. Ilna żmien twil rrid niltaqa’ ma’ dawk in-nies li tant sofrew; biex niltaqa’ ma’ dik il-Knisja martri fl-art t’Abraham,” qal il-Papa Franġisku.  

Flimkien ma’ mexxejja reliġjużi oħra fil-pajjiż, il-Papa jittama li jittieħed pass ieħor ‘il quddiem “fl-għaqda fost dawk li jemmnu.” “Nitlobkom biex takkumpanjaw dan il-vjaġġ appostoliku bit-talb tagħkom, sabiex ikun jista’ jiżvolġi bl-aħjar mod possibli u jagħti l-frott mixtieq”, huwa qal.

In-nies tal-Iraq qed jistennewna, temm jgħid il-Papa Franġisku, waqt li kienu ttamaw għal żjara mill-Papa San Ġwann Pawlu II, li “ma tħalliex imur”. “Wieħed ma jistax jiddiżappunta poplu għat-tieni darba”, huwa qal, u tenna t-talba tiegħu għat-talb sabiex il-vjaġġ iħalli frott mixtieq.

Il-Papa San Ġwann Pawlu II kien esprima x-xewqa tiegħu li jżur l-Iraq diversi xhur qabel il-bidu tal-Ġublew il-Kbir tas-sena 2000. Iżda l-vjaġġ papali qatt ma seħħ, u mill-pajjiżi kollha bi storja biblika, l-Iraq baqa’ l-uniku nazzjon fl-Art Imqaddsa li qatt ma kellha żjara mill-Kap tal-Knisja Kattolika.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2021-03/pope-general-audience-prayers-apostolic-visit-iraq.html

Published by

Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.