QUDDIESA GĦALL-FAMILJI. OMELIJA TA’ ĠWANNI PAWLU II
San Pietru, 12 ta’ Ottubru 1980
Għeżież ħuti.
1. Ferħ kbir jimla ‘l qlubna llum, għall-opportunità li ngħatatilna li niltaqgħu f’komunità hekk mhux tas-soltu fl-istess ħin hekk elokwenti. Hekk hu, waqt li qed isseħħ f’riunjoni ordinarja tas-Sinodu tal-Isqfijiet, li mis-26 ta’ Settembtru qiegħed jaħdem fuq it-tema “de muneribus familiae christianae”, illum qed isseħħ il-laqgħa tal-familji, u fuq kollox il-laqgħa tal-koppji tal-miżżewġin li bil-preżenza tagħhom stess jagħtu xhieda ta’ dawk “munera” għad-dmirijiet tal-familja nisranija fid-dinja kontemporanja.
Huwa tassew beatu dan il-jum fil-kors tax-xogħlijiet tas-Sinodu attwali! Jekk huwa jfalli, tfalli xi ħaġa tal-ikbar importanza, xi ħaġa essenzjali. Ma jkunx biżżejjed, infatti, li niddiskutu biss it-temi ffaċċjati mis-Sinodu tal-Isqfijiet, ukoll jekk dan isir bil-mod l-iktar kompetenti. Hemm bżonn li nagħmlu minn din d-dimensjoni ewkaristika: hemm bżonn li nwassluha fuq l-altar u nippreżentawha lill-Missier, waqt li ninkluduha fis-sagrifiċċju ta’ Kristu stess.
2. U għalhekk insellmilkom b’mod kordjali, għeżież miżżewġin, miġbura quddiem il-Bażilika ta San Pietru.
Il-Papa ndirizza lil dawk preżenti bil-lingwa Franċiża:
Je vous salue, chers époux chrétiens, en union avec tout le Synode des Evêques qui, comme moi, attendait avec impatience cette journée de rencontre avec vous. Je vous salue et je vous remercie d’être venus si nombreux, non seulement de la ville de Rome et du reste de l’Italie, mais aussi des différents pays et des divers continents du monde entier.
Traduzzjoni Maltija:
Insellmilkom, għeżież miżżewġin nsara, miġburin floimkien mas-Sinodu tal-Isqfijiet,li, bħali, stennew bla sabar dan il-jum ta’ laqgħa magħkom. Insellmilkom u niżżikom ħajr talli ġejtu numerużi, mhux biss mill-belt ta’ Ruma u mill-bqija tal-Italja, imma wkoll minn pajjiżi differenti u minn diversi kontinenti tad-dinja kollha.
Il–Papa ndirizza lil dawk preżenti bil-lingwa Ingliża:
Dear Husbands and Wives, I greet you in the love of Christ Jesus and I thank you for coming to Saint Peter’s Square, which is a special meetingplace for the Christians of the whole world in the unity of the universal Church. You are here as married couples from many different places in Africa, America, Australia, Asia and Europe; you have gathered here and are praying for the great cause of the Christian family in the modern world.
Traduzxzjoni Maltija:
Għeżież irġiel u nisa, insellmilkom fl-imħabba ta’ Kristu Ġesù u niżżikom ħajr talli ġejtu fi Pjazza San Pietru, li huwa post tal-laqgħat speċjali għall-insara tad-dinja kollha fl-għaqda tal-Knisja universali. Intom tinsabu hawn bħala koppji miżżewġin ġejjin minn postijiet differenti tal-Afrika, tal-Amerka, tal-Awstralja, tal-Asja u tal-Ewropa; intom miġburin hawn u qegħdin titolbu għall-kawża l-kbira tal-familja nisranija fid-dinja moderna.
Il–Papa ndirizza lil dawk preżenti bil-lingwa Spanjola:
Muchos de vosotros, queridos Esposos, llegáis desde lejos. Por ello, cuanto mayores han sido las dificultades afrontadas y los sacrificios hechos, tanto más estimada y preciosa es vuestra presencia en esta comunidad, que os recibe con gran alegría, con fraterno afecto, con profunda gratitud.
Traduzzjoni Maltija
Bosta mionnkom, għeżież miżżewġin, ġejtu hawn mill-bogħod. Għalhekk, kemm ikbar kienu d-diffikultajiet iffaċċjati u s-sagrifiċċji magħmula, tant iktar stmata u prezzjuża hija l-preżenza tagħkom f’din il-komunità, li tilqagħkom b’ferħ kbir, b’imħabba fraterna, bi gratitudni profonda.
Il–Papa ndirizza lil dawk preżenti bil-lingwa Portugiża:
“Este é o dia que o Senhor fez”. O dia do Senhor, escolhido de modo particular para estarmos juntos. Saúdo-vos, pois, casais aqui reunidos. Agradeço-vos, de coração, pela vossa presença.
Traduzzjoni Maltija
“Dan huwa l-jum li għamel il-Mulej” (Sal 117 [118],24). Il-jum tal-Mulej, magħżul b’mod partikolari sabiex inkunu magħqudin. Insellmilkom, mela, lilkom li tinsabu miġburin hawn. Niżżikom ħajr, bil-qalb, għall-preżenza tagħkom.
Il–Papa ndirizza lil dawk preżenti bil-lingwa Tedeska (Ġermaniża):
Unter den hier anwesenden Eheleuten grüsse ich von Herzen auch jene aus den Ländern deutscher Sprache. Wie euch bekannt ist, habe ich von Anfang an die Notwendigkeit hervorgehoben, die Beratungen der Bischofssynode über die Aufgaben der Familie mit dem Gebet der ganzen Kirche für die Familie zu verbinden. Am heutigen Tag erreicht dieses Gebet seinen Höhepunkt. Dank eurer Anwesenheit stimmt auch die Kirche von Rom darin ein mit einem festlichen, innigen und vertrauensvollen Gebet in der Gemeinschaft mit der ganzen Kirche. Sie empfiehlt hiermit dem himmlischen Vater durch Christus im Heiligen Geiste die Aufgaben der Familie in der Welt von heute.
Traduzzjoni Maltija
Fost il-miżżewġin hawn preżenti insellem bil-qalb ukoll lil dawk ġejjin mill-pajjiżi tal-lingwa Tedeska. Bħal ma tafu, sa mill-bidu jiena enfasizzajt il-bżonn, li nżid id-diskussjonijiet tas-Sinodu tal-Isqfijiet fuq id-dmirijiet tal-familja bit-talb tal-Knisja kollha għall-familja. Fil-jum tallum dan it-talb jilħaq il-punt l-iktar għoli tiegħu. Grazzi għall-preżenza tagħkom il-Knisja ta’ Ruma wkoll tingħaqad magħha b’talba festuża, żelanti u fiduċjuża fil-komunjoni mal-Knisja kollha. B’dan hija tafda lill-Missier ċelesti permezz ta’ Kristu fl-Ispirtu Santu id-dmirijiet tal-familja fid-dinja tallum.
3. U grazzi għal dan il-Knisja kollha illum tħoss ruħha, b’mod psartikolari, mhux biss il-Poplu ta’ Alla, imma familja vera ta’ Alla. Tassew straordinarju huwa dan il-jum! Mimli bil-ferħ u bit-tama! U kemm hu meħtieġ fost it-toroq foloz u d-dubji, li l-mixja fiż-żmien preżenti tippreżenta! Kemm hu mimli bis-sigurtà li huwa jikseb mill-patt etern! Tassew dan huwa l-jum magħmul mill-Mulej.
Dan il-jum ifakkarni tant jiem oħra tas-servizz veskovili tiegħi, tant laqgħat appuntu mal-miżżewġin tal-parroċċi li żort. Lilhom dejjem qisthom waqt-speċjali taż-żjara ta’ parroċċa. Tiltaqà mal-miżżewġin, titlob flimkien magħhom fuq il-kwistjonijiet li jikkostitwixxu l-kontenut tal-vokazzjoni tagħhom u l-iskop ta’ ħajjithom. Tingħaqad magħhom fil-komunjoni tas-sagrifiċċju ewkaristiku huwa li tbierek lil kull koppja ta’ miżżewġin u ta’ ġenituri (fejn possibbli flimkien mal-ulied), biex iġġedded fihom il-grazzja tas-sagrament taż-żwieġ.
Illum l-istess ħaġa għandha twettaq lilha nfisha fil-komunità tagħna, mhux biss fid-dimensjonijiet ta’ parroċċa waħda miżjura mill-Isqof, imma f’ċertu sens, fid-dimensjonijiet tal-komunità universali tal-Knisja kollha, u dan grazzi għal din iż-żjara tagħna, għeżież ħuti, għall-postijiet “tat-tifkiriet tal-Appostli”, f’Ruma. O kemm jiena grat lejkom, flimkien ma’ ħuti kollha fl-Episkopat miġburin fis-sessjoni preżenti tas-Sinodu! Inwegħdu tant minn dan il-jum, minn din il-komunjoni ta’ erwieħ, minn dan it-talb, minn din l-ewkaristija.
4. Il-qari tal-liturġija tallum ikellimna dwar kif Alla, fil-pjan etern tiegħu, rabat id-dmir fundamentali tal-familja, – li huwa d-don tal-ħajja offrut mill-ġenituri, raġel u mara, lil uliedhom, lil kull esseri uman ġdid – bil-vokazzjoni tal-imħabba, lis-sehem f’dik l-imħabba li tiġi minn Alla, għaliex huwa stess huwa l-imħabba. Iva. “Alla huwa mħabba” (1Ġw 4,8).
Infatti, bħal ma naqraw fil-ktieb tal-Ġenesi, Alla ħalaq il-bniedem xbiha u xebħ tiegħu (cf. Ġen 1,2), waqt li sejjaħlu għall-eżistenza b’imħabba, sejjaħlu fl-istess ħin għall-imħabba. Ladarba Alla huwa mħabba u l-bniedem jiġi maħluq “xbiha ta’ Alla”, allura hemm bżonn nikkonkludu li l-vokazzjoni għall-imħabba kienet miktuba, biex ngħidu hekk, organikament f’din ix-xbiha, jiġifieri fl-umanità tal-bniedem, li Alla ħalaq maskju u femmina.
Fid-dawl ta’ din il-verità fundamentali dwar il-bniedem, li huwa xbiha ta’ Alla, nerġgħu naqraw mela l-kliem indirizzat fil-bidu lir-raġel u lill-mara: “Kunu fertili u mmultiplikaw, imlew l-art, rażżnuha” (Ġen 1,28).
Dan huwa kliem ta’ barka. Il-krejaturi kollha maħluqa wirtu l-barka tal-Ħallieq, imma fil-kliem ippronunzjat fuq il-bniedem, fuq il-maskju u fuq il-femmina, din il-benedizzjoni ikkonfermat id-don doppju: don tal-ħajja u don tal-imħabba.
5. Minn dan id-don doppju tal-Ħallieq tieħu l-bidu l-familja. Sagrament, li jħaddanha għal kollox fl-istorja tal-bniedem u fl-istess ħin fl-istorja tas-salvazzjoni, huwa s-sagrament taż-żwieġ. Li nmorru lura għas-sisien stess ta’ dawk id-dmirijiet, li għandha xi twettaq il-familja f’kull epoka -li hi għandha xi twettaq ukoll fid-dinja kontemporanja – ifisser li nmorru lura għal dan is-sagrament, li dwaru San Pawl jikteb li huwa kbir “b’riferenza għal Kristu u għall-Knisja” (Ef 5,22).
Matul is-Sinodu, aħna l-Isqfijiet infittxu li nagħmlu dan jum wara jum permezz tar-riflessjoni u tal-bdil ta’ ideat, immexxija mid-dawl tal-Ispirtu Santu u mis-solleċitudni pastorali. Illum nixtiequ nagħmlu dan b’mod partikolari f’din il-komunità ta’ miżżewġin, li bil-vokazzjoni speċifika tagħhom jesprimu d-dmirijiet tal-familja nisranija fil-Knisja u fid-dinja kontemporanja.
Nixtiequ mela nġeddu flimkien magħkom, maħbubin ħutna, il-koxjenza tas-sagrament li minnu jitwieled u li fuq il-bażi tiegħu tiżviluppa l-familja nisranija. Irridu nqajmu mill-ġdid il-qawwiet divini u fl-istess ħin umani li hemm fih. Nixtiequ, f’ċertu sens, nidħlu fil-pjan eterna tal-Ħallieq u tar-Redentur u ngħaqqdu, hekk kif hu għaqqad, il-misteru tal-ħajja mal-misteru tal-imħabba sabiex jaħdmu flimkien u jgħaqqdu b’mod inseparabbli il-waħda mal-oħra.
“Dak… li Alla għaqqad. Il-bniedem ma jifirdux” (Mt 19,6). Din il-“ma jifirdux” tiġbor fiha l-kobor essenzjali taż-żwieġ u fl-istess ħim il-kumpattezza morali tal-familja.
Illum nitolbu tali kobor u dinjità għall-miżżewġin kollha tad-dinja, nitolbu tali qawwa sagramentali u kompattezza morali għall-familji kollha. U dan nitolbuh għall-ġid tal-bniedem! Għall-ġid ta’ kull bniedem. Il-bniedem m’għandux triq oħra għall-umanità jekk mhux unikament permezz tal-familja. U hi, il-familja, għandha tkun imqiegħda fis-sisien stess ta’ kull interess għall-gid tal-bniedem, ta’ kull sforz sabiex id-dinja umana tagħna ssir dejjem iktar umana. Ħadd ma jistà jeħdilna dan l-interess, ebda soċjetà, ebda poplu, ebdas Sistema; linqas l-Istat, linqas il-Knisja u linqas l-individwu.
6. L-imħabba li tgħaqqad ir-raġel u l-mara bħala miżżewġin u ġenituri hija, fl-istess ħin, don u kmandament. Li l-imħabba hija don u dan jgħidu fuq kollox it-tieni qari tal-liturġija tallum bil-kliem tal-ittra ta’ San Ġwann: “U hawn qiegħda l-imħabba: mhux għax aħna ħabbejna lil Alla, imma għax hu ħabbna u bagħat lil Ibnu biex ikun ta’ tpattija għal dnubietna” (1Ġw 4,10).
Għalhekk mela l-imħabba hija don: “Huwa minn Alla: u kull min iħobb huwa mwieled minn Alla u jagħraf lil Alla” (1Ġw 4,7). U fl-isdtess ħin l-imħabba hija kmandament, hija l-ikbar kmandament. Alla jirregalaha lill-bniedem, u jafdahielu bħala dmir. Dan jeħtieġu mill-bniedem. Kristu għall-mistoqsija dwar l-ikbar kmandament iwieġeb: “Ħobb…” (Mt 22,37).
Dan il-kmandament jinsab fil-bażi tal-ordni kollu morali. Huwa verament “l-ikbar”. Huwa l-kmandament-muftieħ. Li twettqu fil-familja jfisser twieġeb għad-don tal-imħabba, li l-miżżewġin jirċievu fil-patt konjugali: “La darba Alla ħabbna. Aħna wkoll għandna nħobbu lil xulxin” (1Ġw 4,11). Li nwettqu l-kmandament tal-imħabba ifisser li nwettqu d-dmirijiet kollha tal-familja nisranija. Fl-aħħar minn l-aħħar, kollox jirriduċi ruħu għal dan: il-fedeltà u l-onestà konjugali, il-paternità responsabbli u l-edukazzjoni. Il-“knisja ċkejkna” – il-Knisja domestika – tfisser il-familja ħajja fl-ispirtu tal-kmandament tal-imħabba: il-verità nterna tagħha, it-taħbit ta’ kuljum tagħha, is-sbuħija spiritwali tagħha u l-qawwa tagħha.
Il-kmandament tal-imħabba għandu l-istruttura nterna tiegħu: “Ħobb lill-Mulej Alla tiegħek b’qalbek kollha, b’ruħek kollha u b’moħħok kollu”… “Ħobb il-proxxmu tiegħek bħalek innifsek” (Mt 22,37).
Din l-istruttura tal-kmandament tikkorrispondi mal-verità tal-imħabba. La darba Alla huwa maħbub fuq kull ħaġa, allura l-bniedem ukoll iħobb u hu maħbub bil-milja kollha tal-imħabba aċċessibbli għalih. Jekk niddistruġġu dik l-istruttura inseparabbli, li dwarha jitkellem il-kmandament ta’ Kristu, allura l-imħabba tal-bniedem tinqatà mill-għeruq l-iktar profondi, titlef l-għerq tal-milja u tal-verità li huma essenzjali għaliha.
Nitolbu għall-familji nsara kollha, għall-familji tad-dinja kollha din il-milja u din il-verità tal-imħabba, li tiġi ndikata mill-kmandament ta’ Kristu.
7. Minn hawn u ftit ieħor, fil-komunità kbira tagħna se jitwettaq it-tiġdid tal-wegħdiet matrimonjali.
Meraviljuż huwa dan il-kliem, dak li l-għarajjes jippronunzjaw fir-rit matrimonjali bħala ministri propji ta’ dan is-sagrament: “Jiena nieħu lilek bħala marti (bħala żewġi), u nwiegħed li nkunlek dejjem fidila, fil-ferħ u fin-niket, fis-saħħa u fil-mard, u li nħobbok u nonorak il-jiem kollha ta’ ħajti”.
“Je te reçois comme épouse (comme époux) et je me donne à toi pour t’aimer fidèlement, dans le bonheur ou dans les épreuves, tout au long de notre vie”.
“I take you to be my wife (my husband). I promise to be true to you in good times and in bad, in sickness and in health. I will love you and honour you all the days of my life”.
”Ich nehme dich an als meine Frau (als meinen Mann) und verspreche dir die Treue, in guten und in bösen Tagen, in Gesundheit und in Krankeit. Ich will dich lieben achten und ehren, solange ich lebe“.
“Yo te quiero a ti como esposa (como esposo) y me entrego a ti, y prometo serte fiel en las penas, en la salud, y en la enfermedad, todos los dias de mi vida”.
“Bior Ciebie za on (za ma) i lubuj Ci mio, wierno i uczciwo maesk oraz e Ci nie opuszcz a do mierci. Tak mi dopomó, Panie Boe Wszechmogcy, w Trójcy Jedyny i Wszyscy wici”.
Din il-wegħda, ippronunzjata “fl-sem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu Santu”, hija fl-istess ħin talba ndirizzata lil Alla li huwa l-imħabba – u li jixtieq jgħaqqad fl-aħħar lil kulħadd fil-patt aħħari tal-komunjoni tal-qaddisin.
Mela fil-waqt li fih ippronunzjajtu dan il-kliem, għeżież miżżewġin, b’lingwi differenti, f’postijiet diversi tad-dinja, fi snin u xhur differenti, intom amministrajtu s-sagrament imqaddes ta’ ħajjitkom, tal-familja tagħkom: is-sagrament li fih hija riflessa l-imħabba ta’ Alla għall-bniedem – l-imħabba ta’ Kristu għall-Knisja.
Illum terġgħu lura bil-ħsieb, bit-tama, u bl-imħabba – għal dak il-kbir waqt. U ġeddu f’ruħkom dak li bena l-kontenut essenzjali tas-sagrament taż-żwieġ. Ir-realtà ta’ kuljum tiegħu. Ġeddu l-patt tar-raġel u tal-mara! Quddiem Alla tal-patt ġeddu l-patt, ippenetrat mid-don tal-imħabba u mid-don tal-ħajja.
8. Agħmlu dan f’għaqda mal-Knisja kollha. F’għaqda mal-familji nsara kollha fil-Knisja u mal-familji kollha tad-dinja kollha. Il-ħsieb u t-talba tagħkom, fl-istess ħin, qrib ta’ dawk is-sitwazzjonijiet diffiċli kollha, li fil-korsa ta’ dawn il-jiem u ġimgħat jgħaddu quddiem l-għajnejn tal-Isqfijiet tas-Sinodu u ma jaqtgħux li jqanqlu l-interess pastorali tagħhom. F’dan l-att profond u umli, li permezz tiegħu inġeddu l-grazzja tas-sagrament taż-żwieġ, iġiegħel tinħass ix-xewqa żelanti kollha tal-ħajja u tal-qdusija, li bla ebda għejja tħabbat fil-qalb tal-Knisja u turi ruħha fix-xhieda ta’ kull familja nisranija fidila għall-patt etern mal-Alla tal-imħabba.
U hekk ipperseveraw! Dan il-jum isir bidu ġdid tax-xhieda u l-missjoni tagħkom. Isir id-dawl li jinfed id-dlamijiet tad-dinja kontemporanja.
U hekk ipperseveraw! Fiduċjużi li “jekk inħobbu lil xulxin, Alla jibqà fina u imħabbtu tkun perfetta fina” (1Ġw 4,12).
Amen.
Miġjub mit-Taljan għall-Malti minn Emanuel Zarb