Franġisku tmien snin Papa

Il-Papa Franġisku jagħlaq tmien snin minn meta ġie elett bħala Kap tal-Knisja Kattolika u Messaġġier tal-Paċi

Qabel ma l-Papa bierek il-poplu, huwa talab il-poplu jbierek lilu

Fit-13 ta’ Marzu 2013, il-Kardinal Jorge Mario Bergoglio ġie elett bħala s-suċċessur ta’ San Pietru. Huwa l-ewwel Ġiżwita, l-ewwel Papa mill-Amerika Latina, u l-ewwel bl-isem ta’ Franġisku. It-tmien snin tal-Pontifikat tiegħu, kienu kkaratterizzati minn inizjattivi w riformi biex l-Insara kollha jiġu nvoluti, f’moviment missjunarju ġdid bil-għan li jwasslu l-imħabba ta’ Ġesù lill-umanità kollha.

Il-Qrubija, s-sinodilità u l-moviment missjunarju: huma l-pedamenti tal-Pontifikat tal-Papa Franġisku. Il-perspettiva tal-Pontifikat tiegħu tibda minn isfel, mill-attenzjoni mogħtija lil dawk li qegħdin fil-‘periferiji’ eżistenzjali u ġeografiċi w li jaġixxu bħala kontropunt għall-benesseri w għall-ħidma tiegħu. Waqt li jistieden lil kulħadd biex “imorru għall-oriġini tal-Evanġelju”, huwa jħeġġeġ lill-fidili biex ikollhom fervur u dinamiżmu ġdid sabiex l-imħabba ta’ Ġesù tilħaq lil kulħadd.

Il-Knisja li jixtieq il-Papa Franġisku, hija l-Knisja li “toħroġ”, u bil-“bibien miftuħa”, li ma tibżax mir-“rivoluzzjoni tat-tenerezza” jew “il-miraklu tal-qalb tajba”

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.vaticannews.va/en/church/news/2021-03/pope-francis-eight-gospel-joy-church-pontificate.html