Il-Papa u l-Madonna ta’ Knock

Il-Papa Franġisku qrib il-fidili Irlandiżi fid-devozzjoni tagħhom lejn il-Madonna ta’ Knock

Il-Ġimgħa, l-Papa Franġisku bagħat messaġġ bil-vidjo lill-komunità Irlandiża, biex jimmarka l-elevazzjoni tas-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna ta’ Knock għall-istatus ta’ Santwarju Internazzjonali Marjan u Ewkaristiku. “Nieħu pjaċir nieħu vantaġġ minn dan il-mezz ta’ komunikazzjoni sabiex inkun magħkom f’mument tant important fil-ħajja tas-Santwarju,” qal il-Papa.

“Sa mid-dehra tal-21 ta’ Awwissu 1879, meta l-Verġni Mbierka Marija, flimkien ma San Ġużepp u San Ġwann l-Appostlu, dehru lil xi raħħala, l-poplu Irlandiż, kull fejn sab ruħu, esprima l-fidi w devozzjoni tiegħu lejn il-Madonna ta’ Knock”, qal il-Papa. Wara d-dehriet ta’ 142 sena ilu, Knock sar wieħed mis-siti reliġjużi popolari fl-Irlanda, u jilqa’ eluf ta’ pellegrini kull sena. Fl-1979, il-Qaddisa Papa Ġwanni Pawlu II żar is-Santwarju, filwaqt li l-Papa Franġisku żar ukoll Knock f’Awwissu 2018, waqt iż-Żjara Appostolika tiegħu fil-pajjiż bħala parti mil-Laqgħa Dinija tal-Familji.

Waqt li rrikonoxxa l-ħafna saċerdoti Irlandiżi, li telqu minn art twelidhom sabiex isiru “missjunarji tal-Evanġelju”, kif ukoll il-ħafna lajċi li emigraw lejn l-artijiet imbiegħda iżda xorta żammew id-devozzjoni tagħhom lejn il-Madonna. “Intom poplu missjunarju,” qal il-Papa. “Kemm familji matul kważi seklu w nofs għaddew il-fidi lil uliedhom w ġabru l-ħidmiet ta’ kuljum tagħhom madwar it-talba tar-Rużarju, bl-immaġini tal-Madonna ta’ Knock fiċ-ċentru tagħhom.”

“L-idejn tal-Verġni, miftuħa għat-talb, ikomplu juruna l-importanza tat-talb bħala l-messaġġ ta’ tama li joħroġ minn dan is-Santwarju,” afferma l-Papa. Huwa fakkar li fid-dehra, “il-Verġni ma tgħid xejn”, iżda, s-silenzju tagħha huwa lingwa – “l-iktar lingwa espressiva li għandna.” Il-messaġġ minn Knock, huwa dak tal-“valur kbir ta’ skiet għall-fidi tagħna”.  Dan is-skiet quddiem il-misteru ma jfissirx li wieħed iċedi għall-fehim, iżda pjuttost “jifhem waqt li jkun megħjun u appoġġjat mill-imħabba ta’ Ġesù”, spjega l-Papa.

Il-Papa Franġisku kompla jenfasizza “r-responsabbiltà kbira” marbuta ma dan is-Santwarju. “Li taċċettaw li jkollkom dejjem idejkhom miftuħa bħala sinjal ta’ merħba għal kull pellegrin li jista’ jasal minn kwalunkwe parti tad-dinja, ma titolbu xejn lura, imma tirrikonoxxuh biss bħala ħu jew oħt li jixtieq jaqsam l-istess esperjenza ta’ talb fratern,” ħeġġeġ il-Papa. Huwa esprima wkoll ix-xewqa tiegħu li din il-merħba tista’ “tingħaqqad mal-karità w ssir xhud effettiv għal qalb li hija miftuħa biex tirċievi l-Kelma t’Alla w l-grazzja tal-Ispirtu s-Santu li tagħtina s-saħħa.”

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2021-03/pope-francis-knock-shrine-ireland-international-videomessage.html