Għeżież,
Nixtieq naqsam magħkom dan il-mument sabiħ għall-Assoċjazzjoni tagħna permezz tal-ewwel ħarġa tan-Newsletter li se jservi bħala rabta mill-qrib bejntiena devoti tal-Qaddejja t’Alla Henry u Inez Casolani.
Fl-2004 fuq il-parir u d-direzzjoni ta’ Mons. Charles J. Scicluna, l-istoriku Anton Quintano kiteb il-biografija spiritwali dokumentata tal-Qaddejja ta’ Alla, Henry u Inez Casolani. Jiena kelli l-fortuna li ngħin lill-awtur bill niġbor xhieda ta’ aktar minn mitejn persuna minn kull qasam tal-ħajja, qraba, ħbieb u konoxxenti tal-Qaddejja ta’ Alla għall-dan il-għan. Ġa għaddew sbatax-il sena mit-tnedija tal-bijografija tal-Qaddejja ta’ Alla, ”Koppja Magħġuna Fi Kristu”. Wara li dħalt fil-fond fid-dokumenti miktuba minnhom u dwarhom, jien iktar u iktar konvinta: Henry u Inez Casolani għadhom jgħixu fil-qlub ta’ ħafna nies li kienu jafuhom u l-kariżma tagħhom għadha tispira tant nies illum u tibqa’ tħeġġeġ anki l- ġenerazzjonijiet li ġejjin.
F’isem il-Membri tal-Kunsill tal-Assoċjazzjoni, inħeġġiġkom biex flimkien nitlobu għall-Beatifikazzjoni u Kanonizzazjoni biex ħajjitna tkun ispirata mill-kliem u mill-eżempji qaddisa tal-Qaddejja ta ’Alla, Henry u Inez Casolani u Alla jiġi dejjem iżjed igglorifikat.
Is-suġġerimenti li jista’ jkollkom huma dejjem milqugħa.
Il-Paċi Miegħek,
Stephanie Quintano,
President
Dear all,
I would like to share with you this memorable occasion for our Association through the first issue of the Newsletter which you will find in both Maltese and English and which will serve as a close bond with between us devotees of the Servants of God Henry and Inez Casolani.
Abiding by the advice and direction of Mgr Charles J. Scicluna in 2004, historian Anton Quintano wrote the documented spiritual biography of the Servants of God, Henry and Inez Casolani. I had the fortune of helping the author by collecting testimonies of more than two hundred persons from all walks of life, relatives, friends, and acquaintances of the Servants of God for the purpose. Seventeen years have passed since the launch of the biography of the Servants of God, ‘A Couple Moulded in Christ’. After ploughing through the many documents from them and about them, I am even more convinced: Henry and Inez Casolani will live on in the hearts of many and their charism still inspire so many people today and many generations to come.
On behalf of the Council Members of the Association, I call on you to pray for the Beatification and Canonisation of the Servants of God, Henry and Inez Casolani, and to allow your life to be deeply inspired by their words and example that the Lord be glorified forevermore.
Any suggestions are welcome.
Peace be with you,
Stephanie Quintano
President
Din l-a]bar hi ta’ ferh ghalina lkoll bhala Maltin. Prosit tal-hafna xoghol li ghamiltu s’issa u nitolbu ghalikom biex tkomplu din il-bicca xoghol sabiha li bdejtu.
Il-Mulej maghkom.
http://www.henryandinezcasolani.wordpress.com
Henry and Inez Casaolani pray for us all