Lezzjoni II: Santa Marija Maddalena DePazzi

Fl-istess jum 25 ta’ Mejju SANTA MARIJA MADDALENA DE’ PAZZI, VERĠNI

TIFKIRA

Santa Marija Maddalena de’ Pazzi twieldet nhar it-2 ta’ April 1566 minn waħda mill-aktar familji għonja ta’ Firenze. Wara trobbija tajba, daħlet mas-Sorijiet Karmelitani u għexet ħajja moħbija ta’ talb u ċaħda. Talbet ħafna għat-tiġdid tal-Knisja, u mexxiet lis-sorijiet sħabha lejn il-perfezzjoni. Alla żejjinha b’ħafna doni. Mietet fil-25 ta’ Mejju 1607. Il-Papa Klement Għaxra kkanoniżżaha fl-1669.

LEZZJONI II

Qari mill-kitba dwar ir-Rivelazzjoni u t-Tiġrib ta’ Santa Marija Maddalena de’ Pazzi, verġni

(Mss III, 186.* 264; IV, 716)

Ejja, Spirtu s-Santu

Tassew tal-għaġeb int, o Verb, fl-Ispirtu s-Santu, meta tagħmel li hu jsawwbek flr-ruħ, hekk li din tingħaqad ma’ Alla, taħseb f ’Alla, tagħraf lil Alla, u b’xejn ma tithenna ħlief b’Alla.

Fir-ruħ jiġi l-Ispirtu s-Santu immarkat bis-siġill għażiż tad-demm tal-Verb li hu l-Ħaruf il-maqtul; anzi dan l-istess demm iqanqlu biex jiġi għalkemm l-Ispirtu minnu nnifsu jitqanqal u jkun jixtieq jiġi.

Dan l-Ispirtu li  jitqanqal minnu nnifsu huwar s-sustanza tal-Mlssier u tal-Verb, joħroġ mill-essenza tal-Missier u bir-rieda tajba tal-Verb, u jiġi qisu għajn fir-ruħ, u din tegħreq fih. Meta żewġ nixxigħat ta’ ilma jingħaqdu u jitħalltu, iż-żgħira titlef isimha u tieħu dak tal-kbira. Hekk jagħmel dan l-Ispirtu ta’ Alla meta jinżel fir-ruħ biex jingħaqad magħha. Mbagħad ir-ruħ, li hi ż-żgħira, jenħtieġ li titlef isimha u ċċedih lill-Ispirtu; dan tagħmlu jekk hija tinbidel fl-Ispirtu b’mod li ssir ħaġa waħda miegħu.

Dan l-Ispirtu, li jqassam it-teżori minn ħdan il-Missier, u jħares kull pjan li l-Missier u l-Iben ifasslu flimkien, jixxerred bil-ħlewwa fl-erwieħ, hekk li huma ma jintebħux bih, u ftit huma dawk li jqisuh fil-kobor kollu tiegħu.

Bis-setgħa u l-ħeffa tiegħu jidħol f’kull post xieraq u mħejji biex jilqgħu. Sikwit jitkellem fi skiet mill-aqwa u kulħadd jisimgħu. Għalkemm xejn ma jħarrku, huwa

jiġri b’ħeffa tal-għaġeb, u fil-ħeġġa ta’ mħabbtu jingħata lil kulħadd.

Spirtu s-Santu, int ma tiqafx fil-Missier li ma jitħarrikx, u lanqas fil-Verb, u madankollu inti dejjem fil-Missier u fil-Verb u fik innifsek, kif ukoll fl-ispirti qaddisa u l-ħlejjaq kollha. Il-ħlejjaq jeħtiġuk, minħabba d-demm li xxerred mill-Verb, l-Iben il-waħdieni, li fil-qawwa ta’ mħabbtu għamel lilu nnifsu meħtieġ għall-ħlejjaq. Inti ssib il-mistrieħ tiegħek f ’dawk il-ħlejjaq li jħejju ruħhom tajjeb biex, bis-saħħa tad-doni li tagħtihom, jieħdu fihom infushom ix-xbieha tiegħek permezz tas-safa tagħhom. Inti tistrieħ f’dawk li jilqgħu fihom il-frott tad-demm tal-Verb u jsiru għamara xierqa tiegħek.

Ejja Spirtu s-Santu! Ħa tiġi l-għaqda tal-Missier, ir-rieda tajba tal-Verb. Int, Spirtu tal-verità, int il-premju tal-qaddisin, fewġa ħelwa fl-erwieħ, dawl fid-dlam, l-għana tal-foqra; it-teżor ta’ min iħobb, l-ikel li jimla sax-xaba’ lil min hu bil-ġuħ, inti l-faraġ tal-għorba; f’kelma waħda, inti dak li fih jinġabru t-teżori kollha.

Ejja, int li nżilt f’Marija biex bik il-Verb isir bniedem; agħmel fina bil-grazzja dak li għamilt fiha bil-qawwa tal-grazzja u tan-natura.

Ejja, int l-għajxien ta’ kull ħsieb safi l-għajn ta’ kull ħniena, il-ġabra ta’ dak kollu li hu nadif.

Ejja, u biegħed minna dak kollu li ma jħalliniex ningħaqdu miegħek.

RESPONSORJU                                                                    1 Kor 2:9-10a

1.Għajn qatt ma rat u widna qatt ma semgħet, u qatt ma tnissel f’qalb il-bniedem * X’lesta Alla għal dawk li jħobbuh, hallelujah.

2.Imma lilna Alla wriena, permezz ta’ 1-Ispirtu, * X’lesta Alla għal dawk li jħobbuh, hallelujah.

Talba

O Alla, kollok imħabba għall-verġni, int żejjint b’doni tas-sema lil Santa Marija Maddalena de’ Pazzi, verġni mixgħula bi mħabbtek: nitolbuk biex aħna, li llum qegħdin nagħtuha ġieħ, insiru nixbhuha fis-safa u fl-imħabba. B’Ibnek.