Ġwanni Pawlu II fil-Kappella Matilde

Print Friendly, PDF & Email

SOLENNITÀ TAL-IMMAKULATA KONĊEZZJONI TA’  MARIJA. INAWGURAZZJONI TAL-V KORS TA’ STUDJU TEOLOĠIKU INTERDIJOĊESAN

OMELIJA TA’ ĠWANNI PAWLU II. Kappella Matilde, 8 ta’ Diċembru 1980

Meqjumin ħuti fl-episkopat, għeżież uliedi!

Jiena ferħan li nindirizzalkom kelmti, waqt li niċċelebraw il-liturġija tal-Immakulata Konċezzjoni ta’ Marija, omm Ġesù. F’din is-sollennità, aħna nfakkru u niċcelebraw lil dik, li sa mill-għeruq tal-eżistenza tagħha kienet għad-dispożizzjoni sħiħa tal-pjan divin tas-salvazzjoni, sal-punt li tħalli lilha nfisha totalment tiġi nvestita mill-grazzja biex tkun tistà tagħti lill-misteru tal-inkarnazzjoni servizz sħiħ u fertili.

L-ewwel u t-tielet qari tal-quddiesa, li għadna kemm smajna, ipproponewlna il-kontraappożizzjoni ċara bejn l-ewwel Eva li, permezz tad-diżubbidjenza u l-aġilità tagħha, tilfet iċ-ċitadinanza tal-ġenna tal-art, u t-tieni Eva, il-Verġni ta’ Nażżaret, li bil-maqlub bil-ġeneruża offertà tagħha nfisha ppermettiet li l-Verb divin jgħammar fost il-bnedmin, sabiex inkunu nistgħu niksbu grazzja fuq grazzja  (cf. Ġw 1,14.16).

Għalhekk nipproklamawha tassew imbierka fost in-nisa (cf. Lqc 1,42), għaliex fiha tassew “ħwejjeġ kbar għamel l-Omnipotenti”” (Lq 1,49). Mingħajr din l-approvazzjoni adorabbli u finali tal-ħanin Alla, ma jispjegax ruħu l-misteru ta’ Marija; imma propju Marija, bħal ma ktibt fl-enċiklika riċenti “Dives in Misericordia”, “hija dik li tagħraf l-iktar fil-fond il-misteru tal-ħniena divina” (Ġwanni Pawlu II, Dives in Misericordia, 9). Mill-bqija, fit-tieni qari bibbliku smajna lill-Appostlu Pawlu jfakkarna li aħna wkoll l-imgħammdin konna magħżula minn Alla fi Kristu “minn qabel il-ħolqien tad-dinja… skont l-approvazzjoni tar-rieda tiegħu… għat-tifħir u l-glorja tal-grazzja tiegħu” (Ef 1,4.6).

Għalhekk illum, waqt li niċċelebraw is-singolarità ta’ Marija Santissma, ningħaqdu wkoll magħha biex inkantaw flimkien, b’ferħ u umiltà, il-benevolenza immeritata u l-kobor sorprendenti ta’ dak, li dwaru Ġesù  stess kellu xi jgħid: “Ħadd mhu tajjeb, jekk mhux Alla biss” (Mk 10,18).

Meqjumin ħuti u għeżież uliedi! Naf li intom hawn miġbura tirrapreżentaw kważi għal kollox l-istudju tejoloġiku interdijoċeżan ta’ Fossano, li jiġbor flimkien l-istudenti tal-ħames dijoċesijiet tal-provinċja ta’ Cuneo, fil-Pjemonte. Ninsab infurmat dwar il-fondazzjoni tiegħu, li seħħet tminn snin ilu, dwar l-impostazzjoni solida tiegħu u tal-funzjonament mill-aqwa tiegħu. Għal dan nixtieq nirrikonoxxi l-Isqfijiet tad-dijoċesijiet ta’ Alba, Cuneo. Fossano, Mondovi u Saluzzo għall-inizjattiva ta’ min ifaħħarha tagħhom, lir-responsabbli u lill-għalliema għaż-żelu u l-entużjażmu tagħhom.

Ninkuraġġikom b’mod ħaj biex tkomplu b’impenn f’din it-triq ta’ kollaborazzjoni mutwa. U nifforma l-awgurju kordjali biex l-istituzzjoni tkun tistà tiġbor fiha l-aqwa li jappartieni għat-tradizzjoni u għall-ħajja tad-dijoċesijiet rispettivi, u ssir hija stess ċentru magna ta’ kultura tejoloġika u aġġornament pastorali, illuminaw il-komunitajiet dijoċeżani individwali. L-importanti huwa li ngħajxu b’mod abbundanti imħabba kostanti lejn il-kelma ta’ Alla: kemm dik personali, inkarnata f’Ġesù Kristu, kif ukoll dik letterarja ddepożitata fl-Iskrittura Mqaddsa. Din il-kelma jinħtieġ li nimmeditawha u  nipprofonduha dejjem iktar, ikolli ngħid b’passjoni, skont il-prospettivi differenti tad-dixxiplini tejoloġiċi, u mbagħad, fuq dan is-sies sikur, li jkun sar parti minna nfusna, nistudjaw l-aħjar modi biex inħabbruha u nixhduha b’mod effikaċi lill-bnedmin ta’ żminijietna. Kunu minn dawn il-ministri tal-kelma (cf. At 6,4), U kkultivaw atteġġjament inċessanti ta’ talb, għaliex “il-ħila tagħna tiġi minn Alla” (2Kor 3,5).

U kunu afu li l-Papa jistenna ħafna minnkom, imma jassikuralkom imħabbtu u t-tifkira tiegħu lill-Mulej, Propju l-Mulej Ġesù, minn hawn u ftit ieħor, se jerġà għal darb’oħra jkun preżenti f’nofsna, biex  jiftħilna r-rikkezza tal-komunjoni feddejja tiegħu. Huwa hu s-salvatur tagħna, li għas-servizz tiegħu aħna mwiegħda. Lilu “unur, glorja u barka” (Ap 5,12). Amen!

Miġjub mit-Taljan għall-Malti minn Emanuel Zarb

%d bloggers like this: