Is-Sinodu tal-Isqfijiet jibda fil-Knejjes lokali

Djoċesan, kontinentali w universali

F’Ottubru, l-Papa Franġisku se jiftaħ vjaġġ sinodali ta’ tliet snin bi tliet fażijiet (djoċesan, kontinentali w universali) ta’ konsultazzjonijiet u dixxerniment, li jwasslu għall-assemblea f’Ruma, f’Ottubru 2023.

Il-Kardinal Mario Grech, Segretarju Ġenerali tas-Sinodu tal-Isqfijiet

Nhar il-Ġimgħa, Il-Kardinal Mario Grech, Segretarjat Ġenerali tas-Sinodu tal-Isqfijiet ħabbar l-itinerarju sinodali l-ġdid, f’dokument approvat mill-Papa. Dan wara li l-Qdusija Tiegħu wera x-xewqa mill-bidu tal-pontifikat tiegħu, li s-Sinodu tal-Isqfijiet ikun konkret u viżibbli. “Il-milja tal-proċess sinodali tista’ teżisti verament biss jekk il-knejjes lokali huma nvoluti f’dan il-proċess”

Triq komuni għal “lajċi, rgħajja, l-Isqof ta’ Ruma.

Waqt iċ-ċerimonji li fakkru l-50 anniversarju mill-Istituzzjoni tas-Sinodu tal-Isqfijiet, il-Papa Franġisku esprima x-xewqa għal triq komuni għal “lajċi, rgħajja, l-Isqof ta’ Ruma.” Issa, għall-ewwel darba qed jiġi ċċelebrat Sinodu “deċentralizzat”.

It-triq sinodali ser tibda fil-Vatikan, fid-9 u l-10 t’Ottubru, fil-preżenza tal-Papa, b’ħin ta’ laqgħa u riflessjoni, segwit minn mument ta’ talb u ċ-ċelebrazzjoni tal-Ewkaristija.

Il-Knejjes partikolari se jibdew il-vjaġġ tagħhom il-Ħadd 17 t’Ottubru, taħt il-presidenza tal-Isqof djoċesan. L-għan ta’ din il-fażi huwa konsultazzjoni mal-Poplu t’Alla. Għal dan il-għan, is-Segretarjat tas-Sinodu se jibgħat Dokument preparatorju akkumpanjat minn Kwestjonarju u Vademecum bi proposti għat-twettiq ta’ konsultazzjoni f’kull Knisja partikolari. L-istess Dokument jintbagħat lid-Dikasteri Kurjali, Għaqdiet tas-Superjuri Maġġuri, għaqdiet jew federazzjonijiet tal-ħajja kkonsagrata, moviment lajċi internazzjonali, Universitajiet jew Fakultajiet tat-Teoloġija.

Qabel Ottubru 2021, kull isqof, irid jaħtar rappreżentant djoċesan bħala punt ta’ referenza u kollegament mal-Konferenza tal-Isqfijiet; il-Konferenza, minn naħa tagħha taħtar rappreżentant jew tim biex jikkoordina mas-Segretarjat tas-Sinodu.

Id-dixxerniment djoċesan se jilħqa il-qofol tiegħu “f’Laqgħa Pre-Sinodali”.  L-Isqfijiet miġbura f’assemblea għal perjodu ta’ dixxerniment jagħmlu sinteżi li jibgħatu lis-Segretarjat Ġenerali tas-Sinodu. L-ewwel stadju irrid jitlesta sa April 2022. 

Ladarba jinkiseb il-materjali, jiġi abbozzat l-ewwel Instrumentum laboris, li jiġi ppublikat u mibgħut lill-Knejjes partikolari f’Settembru 2022. Dan se jimmarka l-bidu tat-tieni fażi kontinentali, skedata li seħħ minn Settembru 2022 sa Marzu 2023. L-għan huwa li tidħol fi djalou dwar l-Instrumentum laboris. Fi tmiem id-diskussjonijiet tagħhom, kull grupp kontinentali se jabbozza dokument dinali li jrid jibagħtu lis-Segretarjat Ġenerali f’Marzu 2023, li minn dan joħroġ it-tieni Instrumentum laboris, ibbażat fuq it-tweġibiet. Il-pubblikazzjoni hija ppjanata għal Ġunju 2023. Il-vjaġġ sinodali jilħaq il-qofol tiegħu f’Ottubru 2023, biċ-ċelebrazzjoni tal-Assemblea tal-Isqfijiet f’Ruma; bit-tema “Għal Knisja sinodali: komunjoni, parteċipazzjoni u missjoni”.

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2021-05/synod-of-bishops-will-begin-in-the-local-churches.html

Published by

Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.