Riflessjonijiet Spiritwali minn Mario Caruana
Dan il-ktejjeb mhuwiex intiż li jagħti xi tweġiba għall-mistoqsijiet tagħna dwar il-misteri tal-ħajja. Huwa sempliċement stedina biex inqallbu l-paġni tiegħu u nirriflettu ftit fuq il-ħajja tagħna bħala nsara u fuq ir-relazzjoni tagħna ma’ Sidna Ġesù Kristu bħala s-Salvatur waħdieni tagħna.
Il-ħsieb hu li neżaminaw ftit l-ispirtu li bih qed ngħixu l-ħajja nisranija tagħna, bl-għarfien li Alla hu l-Missier tagħna li qiegħed tassew magħna anke fis-sitwazzjonijiet diffiċli ta’ ħajjitna. F’dan id-dawl, tajjeb li nressqu quddiemu l-karba maħnuqa tal-qalb tagħna biex bil-grazzja tiegħu aħna nitwennsu bil-balzmu tal-ħniena tiegħu.
Iftaħ il-ktieb u aqra minn hawn …
Nihil obstat minn Mons Hector Scerri
Imprimatur mill-Isqof Awżiljarju Mons Joe Galea Curmi