Il-Ġiżwita Albaniż Anton Luli

Print Friendly, PDF & Email

Ma tantx insemmuhom lil dawn in-nies!

Fl-1945, il-Ġiżwita Albaniż ANTON LULI kellu 35 sena meta l-Kumpanija ta’ Ġesu’ ġiet imxejna mir-reġim Komunista.

Mar kappillan f’raħal. Ġie arrestat fi tmiem is-sena 1947 u l-istorja tiegħu tkompli f’kalvarju ta’ 45 sena sempliċiment għax kien qassis Kattoliku: ħabs, torturi, proċessi, kundanni, xogħol iebes fil-kampijiet tal-gulak Albaniż.

Kien meħlus għal ftit snin, imbagħad arrestat mill-ġdid; disa’ snin fid-dlam f’kamra taħt l-art, kundanna għall-mewt mibdula f’25 sena ta’ xogħol iebes bi skuża tal-eta’ tieghu. Imbaghad mill-ġdid għall-kampijiet b’kundizzjonijiet inumani. Kellu 82 sena meta ngħata l-liberta’ għal kollox.


Fr ANTON LULI ta sehmu b’mod attiv biex terġa’ tinbena r-reliġjon Kattolika fl-Albanija. Fl-1996, sentejn qabel mewtu, Fr ANTON LULI ġie mistieden mill-Papa San Ġwanni Pawlu II biex jiċċelebra miegħu l-Quddiesa f’San Pietru f’Ruma. Il-Papa Pollakk ddeskrivieh bħala eżempju ta’ wieħed li stqarr il-fidi tiegħu. Fis-sena 2000 l-istorja tiegħu inqrat fil-Kolossew ta’ Ruma f’ċelebrazzjoni għall-martri tas-seklu 20.

Minn Joe Galea

Aktar Martri ta’ żmienna … https://www.laikos.org/martri_zmienna.htm

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.