Ghassibé Kayrouz, martri ieħor ta’ żmienna

Print Friendly, PDF & Email

Xi jiem qabel il-Milied tal-1975, Ghassibé Kayrouz kien qed jikteb fuq l-iskrivanija fil-kamra tiegħu għand il-Ġiżwiti, viċin Bejrut. Kellu 22 sena u kien qed jitħejja għas-saċerdozju, f’Libanu mfarrak mill-gwerra ċivili. L-għada kellu jmur id-dar għall-festa tal-Milied, minkejja li żgħażagħ Musulmani kienu heddu lil ommu. “Ibnek qiegħed f’kamp ta’ taħriġ tal-Falanġisti. Qiegħed f’idejna.” M’heddewhiex iktar meta qaltilhom li ġej għandhom għall-Milied.

Maqtul fil-Milied, hekk kif rawh irodd is-Salib.

Ghassibé kiteb hekk: “Kif bdejt din l-ittra, ħassejt li hemm xi ħadd jikteb minfloki. Kulħadd illum hu fil-periklu, Lebaniżi u dawk li joqogħdu hawn. La jien wieħed minnhom, rajt li se jaqbduni u joqtluni kif inkun fit-triq lejn ir-raħal tiegħi Nahba. Jekk jiġri dan, nixtieq inħalli dal-ftit kliem għan-nies tal-familja tiegħi, tar-raħal tiegħi u ta’ pajjiżi. Ngħid lil ommi u lil huti: “Issewdux qalbkom”.

L-għada, fi triq li tagħti għal Nabha, grupp armat kien jistenna lil Ghassibé. Waqqfuh u żammewh 48 siegħa. Qatluh nhar il-Milied, hekk kif rawh irodd is-Salib. Ħallewh f’villaġġ fil-viċin biex ma jinqabdux. Il-Ġiżwiti saru jafu x’ġara u meta marru fil-kamra tiegħu sabu ittra f’envelope li kien fiha t-testment tiegħu, profezija li kienet ħebritu qalbu.

“Nitlobkom taħfru lil dawk li qatluni. Agħmlu dan bil-qalb u itolbu miegħi li dan id-demm, għalkemm hu d-demm ta’ wieħed midneb, ipatti għall-ħtijiet tal-Libanu, ikun ostja mħallta mad-demm ta’ dawk vittmi li nqatlu., ta’ kull reliġjon, u tkun prezz għall-paċi, l-imħabba u l- għaqda li tilef dan il-pajjiż, kif ukoll għad-dinja kollha. Itolbu, itolbu, u ħobbu l-għedewwa tagħhkom.”

Tal-familja kienu l-ewwel li wieġbu għat-talba ta’ Ghassibé. Ommu u oħtu talbu kull lejla għal dawk li qatluh. “Għax, kif qalet oħtu: “Ghassibé ħabb sal-aħħar u ta xhieda b’demmu bħalma għamel Ġesù waqt li kien qed imut fuq is salib: “Missier, aħfrilhom’ għax ma jafux x’inhuma jagħmlu”.

Minn Joe Galea

Aktar Martri ta’ żmienna … https://www.laikos.org/martri_zmienna.htm

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d bloggers like this: