Nhar is-Sibt, il-Papa Franġisku ppreżenta lill-Kattoliċi Koreani l-figura tal-ewwel saċerdot Kattoliku Korean, Sant’Andrija Kim Taegon, bħala xhud eżemplari ta’ fidi erojka u appostlu bla head tal-evanġelizzazzjoni fi żminijiet diffiċli, mmarkati minn persekuzzjoni u tbatija. Din ir-rimarka għamilha l-Papa f’messaġġ li ta lill-Kattoliċi Koreani li jgħixu Ruma, fl-okkjoni tal-biċentinarju mit-twelid ta’ Sant’ Andrija Kim.
Imwieled fil-21 ta’ Awwissu, 1821, Sant’Andrija Kim ħa l-martirju għall-fidi tiegħu fis-16 ta’ Settembru, 1846. Is-saċerdot ta’ 25 sena kien fost il-103 martri Koreani, inklużi 15-il mara, li l-Papa Ġwanni Pawlu II iddikjara qaddisin f’Seoul, fis-6 ta’ Mejju 1984. Il-festa tagħhom tiġi ċċelebrata fl-20 ta’ Settembru.
It-tema tal-ġublew hija: “Int fidil Kattoliku?”. Din kienet mistoqsija li Andrew Kim kien mistoqsi mill-interrogaturi tiegħu. Ir-risposta soda tiegħu kienet: “Iva, jien Kattoliku”, li wasslitu għall-eżekuzzjoni tiegħu.
Fil-messaġġ tiegħu, l-Papa Franġisku qal li Sant’Andrija Kim, flimkien ma’ sħabu martri, “urew tama ferrieħa li t-tajjeb dejjem jipprevali, għax l-imħabba ta’ Alla tirbaħ il-mibegħda”. Huwa saħaq li llum ukoll, fost ħafna manifestazzjonijiet tal-ħażen li jħammġu l-wiċċ sabiħ tal-bniedem, maħluq fuq ix-xbieha ta’ Alla, għandna niskopru mill-ġdid l-importanza tal-missjoni ta’ kull persuna mgħammda. L-Qdusija tiegħu qal li kull Nisrani huwa msejjaħ biex ikun agent tal-paċi u tama kullimkien bħas-Samaritan it-Tajjeb biex idewwi l-feriti ta’ dawk kollha li għandhom bżonn l-imħabba, għajnuna jew sempliċiment ħarsa ta’ aħwa.
Il-Papa Franġsiku uża l-okkażjoni biex jirringrazzja lill-Kattoliċi tal-Korea għall-ġenerożità tagħhom meta bagħtulu konsenja ta’ vaċċini tal-Covid-19 biex tintuża għall-foqra u l-bżonn tad-dinja. Huwa qal li s-sensibbiltà u l-attenzjoni tagħhom għall-iktar dgħajfa tħeġġiġhom biex ipoġġu ruħhom għas-servizz ta’ ħaddieħor. Din hija stedina qawwija għal impenn akbar għall-kawża tal-inqas fid-dinja.
Il-Qdusija tiegħu ħeġġeġ lil dawk li jaħdmu għar-rikonċiljazzjoni fil-Peniżola Koreana biex ikomplu b’impen imġedded biex ikunu produtturi tal-paċi, u ħeġġiġhom jimpenjaw ruħhom fi djalogu rispettiv u kostruttiv għal futur dejjem isbaħ.
Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2021-08/pope-francis-message-korea-andrew-kim-first-priest-birth.html