Id-‘Diplomatiċi ta’ Alla’

Print Friendly, PDF & Email

Id-‘Diplomatiċi ta’ Alla’ – ktieb ġdid dwar l-istorja tad-diplomazija tal-Vatikan

Fil-ktieb ġdid tiegħu, il-ġurnalist Victor Gaetan jgħid li l-Papa Franġisku ħafna drabi joħroġ minn triqtu biex joħloq id-djalogu ħalli jintrebħu l-konflitti. Id-‘Diplomatiċi ta’ Alla’ hu ktieb mimli b’aneddoti personali u b’intervisti. Hu mqassam f’żewġ partijiet. fl-ewwel parti hemm kemm id-diplomazija Vatikan hi effettiva u unika u t-tieni parti hi rakkonti ta’ kif id-diplomatiċi tal-Vatikan wasslu għad-djalogu u l-ftehim fi kriżijiet globali.

Id-‘Diplomatiċi ta’ Alla’

Il-ġurnalista Gaetan jagħmel id-distinzjoni li l-Vatikan miċ-ċokon tiegħu jilħaq 1.2 biljun ta’ Kattoliċi fid-dinja. Jittratta ma’ network ta’ organizzazzjonijiet ta’ karità, movimenti tal-lajċi, missjunarji u sorijiet imferrxin mad-dinja. Il-Vatikan hu wkoll osservatur permanenti fil-Ġnus Magħquda, li jgħin biex il-Knisja tidħol fid-dettalji kollha tad-dibattiti dinjin.

In-nunzji, bħala rappreżentanti tas-Santa Sede, iżommu relazzjonijiet mal-bicca l-kbira tal-gvernijiet tad-dinja u jaħdmu fuq informazzjoni miġbura mill-Kattoliċi tal-pajjiiż li jkun. In- nunzji huma mħarrġa fl-iktar istitut antik għal diplomatiċi professjonali, l-akkademja Ekkleżjastika Pontifiċja li nħolqot fl-1701.

Il-Papa Franġisku ordna li jiġu żviluppati korsijiet fuq il-kundizzjonijiet ta’ tbatija tal- emigranti u tar-refugjati, hekk li dawk li qed jaspiraw li jkunu diplomatiċi tal-Vatikan iridu jagħmlu sena ta’ xogħol missjunarju. Għal dan il-Papa talab lill-Komunità ta’ Sant Egidju, li tikkonċentra fuq it-talb, il-foqra u l-paci.

Taħt il-Papa Franġisku, id-diplomatiċi tal-Vatikan qalbu l-bilanċ favur id-djalogu u l-ftehim fil-Kenja, il-Kolumbja, is-Sudan t’Isfel u influwenzaw titjib f’ħafna pajjiżi oħra. Ħadmu kontra d-drones li jiggwidaw l-armi, kontra l-kumpaniji tal-farmaċewtika li bi skuża tad-drittijiet tal-proprjetà jċaħħdu l-mediċini lill-foqra, u ddefendew popli indiġeni li jistgħu jitilfu l-art minħabba l-industriji bħal dawk tal-minjieri.

Niftakru li l-Papa Ġwanni Pawlu II ikkundanna l-invazjoni tal-Iraq mill-Amerikani, u qablu, il-Papa Benedittu XVI għen għal relazzjonijiet aħjar mar-Russja.

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.