Il-Bibbja f’biċċa azzar

Print Friendly, PDF & Email

Paġna mill-Bibbja li ma nħarqitx fl-attakk ta’ 20 sena ilu fuq it-Twin Towers.

F’Marzu tal-2002, ħaddiem tat-tifi tan-nar li kien qed ifittex fit-tifrik ta’ Ground Zero wara l-attakk terroristiku li kien sar fi New York fid-9 ta’ Settembru 2001, sab ktieb tal-Bibbja maqbud ma’ biċċa azzar li kienet inħallet fin-nirien.

“Għajn b’għajn u sinna b’sinna. Imma jiena ngħidilkom …”

Il-folja tal-ktieb, miftuħa fl-azzar f’forma ta’ qalb, kienet mill-Vanġelu ta’ San Mattew, kap 5, versi 38 u 39, li tgħid: “Smajtu x’intqal, ‘Għajn b’għajn u sinna b’sinna’. Imma jiena ngħidilkom biex bniedem ħażin ma tiqfulux; anzi jekk xi ħadd jagħtik daqqa ta’ ħarta fuq ħaddek tal-lemin, dawwarlu l-ieħor ukoll‘.

Il-ħaddiem sejjaħ fotografu li ħa ritratti tal-biċċa azzar bil-Bibbja mwaħħla miegħu. Fejn kollox inqered jew inħaraq, din il-Bibbja fraġli baqgħet hemm biex twassal messaġġ lid-dinja. In-natura tagħna tħeġġiġna biex inpattu l-ħażin bil-ħażin, Alla, minflok, jistedinna biex naħfru u nibqgħu nħobbu, filwaqt li nħallu f’idejh il-ġustizzja.

Illum din il-Bibbja fl-azzar tinsab fin-National 9/11 Memorial Museum. Il-Papa Franġisku kien raha fiż-żjara tiegħu fi New York f’Settembru tal-2015.

Minn Joe Galea

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.