Dan nawguralkom, illi s-salib ikun għalikom pont bejn l-imgħoddi u l-ġejjieni! Is-sentiment reliġjuż hu l-ilma tal-ħajja ta’ dan in-nazzjon, tant marbut ma’ għeruqu.
Imma s-salib, imħawwel fl-art, minbarra li jistedinna biex inkunu mħawlin kif jixraq, jintrefa’ u jiftaħ dirgħajh għal kulħadd: iħeġġeġ biex inżommu l-għeruq ħajjin, mingħajr ebusija; biex nixorbu mill-għejun u ninfetħu għal kulmin fi żmienna hu mejjet bil-għatx. L-awgurju tiegħi hu li tkunu hekk: li tibnu u tkunu miftuħin, imħawlin tajjeb u rispettużi.
Ara d-diskors tal-Papa Frangisku waqt l-Angelus minn Budapest …