Is-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija, M.U.S.E.U.M., Sezzjoni Femminili iċċelebrat is-sitt Kapitlu Ġenerali tagħha bejn it-8 u 12 ta’ Settembru 2021. Il-membri magħżula fl-amministrazzjoni huma dawn:
Għal kariga ta’ Superjura Ġenerali reġgħet ġiet eletta Mansy Cutajar. Hi kienet għalliema. Matul is-snin okkupat diversi karigi fl-amministrazzjoni fosthom fil-formazzjoni tal-membri ġodda u wkoll bħala Segretarja Ġenerali.
Il-membri l-oħra fl-amministrazzjoni huma:
Bartolo Miriam li kienet Kap ta’ skola.
Bonello Kathleen li hija Viċi-kap ta’ skola.
Fenech Rosanne li hija Social worker u Gestalt Psychotherapist fil-qasam tad-disabilità.
Pace Dorianne li hija Kap ta’ skola tal-knisja.
Tonna Moira li hija għalliema.