Għaliex kumpaniji biljunatrji huma f’isteriżmu dwar il-liġi tal-abort

Print Friendly, PDF & Email

Fl-1 ta’ Settembru ġiet fis-seħħ liġi fl-istat Amerikan ta’ Texas li tagħti l-permess lil kull persuna biex tħarrek lil min għamel abort jew min ġiegħel lil min jagħmel abort. L-isem ta’ din il-liġi hu t-‘Texas Heartbeat Act’.

Qamu l-rwiefen kollha, l-aktar mill-kumpaniji billjunarji li qed jagħmlu fortuna mill-abort. Negozji kbar qed jagħmlu l-flus, direttament jew indirettament mil-liċenzja biex isiru l-aborti. Kumpanija ħabbret li se toffri għajnuna lill-impjegati tagħha f’Texas biex jivvjaġġaw fi stati oħra. Kumpanija biljunarja oħra se tgħin għar-rilokazzjoni ta’ 2000 impjegati biex jitilqu minn Texas.

Teżisti ideoloġija li s-sess hu attività privata rikreattiva, mingħajr il-bżonn li persuna toqgħod taħseb fuq il-konsegwenzi, li s-sess hu dritt u li l-abort hu pjan għal meta l-kontrċettivi ma jirnexxux. In-negozji l-kbar qed jagħmlu l-flus ukoll billi joħolqu klima soċjali li tirrendilhom ħafna qliegħ. Mhux ta’ b’xejn li jinsabu mħassba li din il-liġi ta’ Texas mhux se tibqa’ tipproteġihom, lanqas lill-profitti kbar tagħhom.

Kumpanija tas-software, b’negozju ta’ biljuni ta’ dollari, jisimha Salesforce, li fiha 56,000 impjegat mad-dinja, ukoll tkellmet kontra l-liġi ta’ Texas. Biljunarji oħra huma mħassba li se tkun sfida biex jinstabu nies, l-iktar nisa fit-tmexxija, biex imorru jaħdmu f’Texas. Texas m’għadux jgħodd għaliom.

Qisu li n-norma hi s-sess mingħajr tarbija, u li s-sess b’tarbijaI hu eċċezzjoni. Ninsabu f’era fl-istorja tal-bniedem li qed tifred ir-rabta bejn is-sess u t-twelid tat-trabi. Hawn l-idea li ma tistax tgħix mingħajr is-sess, li mhi veru xejn.

Il-kumpaniji l-kbar jagħmlu l-flus billi jgħinu lill-klijenti tagħhom biex jitilgħu f’tarġiet ogħla fil-karriera. It-trabi mhux mixtieqa jistgħu ifixklu dan. Mingħajr l-abort bħala backup, dawn il-kumpaniji jkollhom jirrevedu serjament il-pjanijiet tagħhom, ikollhom ibiegħu xi ħaġa differenti lil xi ħadd ieħor u jkollhom jikru lil ħaddieħor biex ikomplu jistagħnew.

Dan hu għaliex dawn il-kumpaniji biljunarji huma daqshekk imħassba dwar il-liġi ta’ Texas dwar l-abort.

Rapport għal-Laikos minn Joe Galea

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.