Kelli ħolma, Ġużeppi. Ma stajtx nifimha sew, imma naħseb li kienet dwar iċ-ċelebazzjoni ta’ “birthday” għat-Tifel Tagħna. Naħseb li fuq hekk kienet. In-nies kienu ilhom jippreparaw għaliha għal xi sitt ġimgħat.
Żejnu d-dar u xtraw ħwejjeġ ġodda. Marru jixtru diversi drabi u xtraw rigali sbieħ. Il-ħaġa kurjuża hi li dawn ma kinux għat-Tifel Tagħna.
Geżwruhom f’karti fini, rabtuhom bi ċfuf sbieħ u qegħduhom taħt siġra. Iva, siġra, Ġużeppi, ġewwa d-dar tagħhom. Żejnu s-siġra wkoll. Il-friegħi kienu mimlijin bi blalen ikkuluriti u tiżjin ieħor ileqq. Kien hemm xbiha fuq nett tas-siġra. Kienet qisha kif suppost ikun anġlu. O, kieku taf kemm kien hemm sabiħ! Kulħadd jidħak u ferħan. Kienu kollha eċitati minħabba r-rigali.

Taw ir-rigali lil xulxin, Ġużeppi u mhux lit-Tifel Tagħna. Naħseb li lanqas biss jafu min hu. Qatt ma semmew Ismu. Ma jidhirlekx li din hi ħaġa mill-aktar stramba li n-nies jieħdu dax-xogħol kollu biex jiċċelebraw il-“birthday” ta’ xi ħadd li ma jafux? Ġie xi jgħidli wkoll illi li kieku it-Tifel Tagħna kellu jmur ghal din iċ-ċelebrazzjoni kien iħossu qisu ħuta barra mill-ilma, mhux milqugħ u m’għandhomx pjaċir bih.
Kollox kien sabiħ Ġużeppi, u kulħadd deher ferħan, imma jien ħassejt qalbi ser tinqasam. Kemm hi ħasra għal Ġesu biex ħadd ma riedu fil-“Birthday Party” tiegħu stess.
Imn’Alla kienet biss Ħolma! Kemm kienet tkun terribbli, Ġużeppi, kieku dil-ħolma kienet vera!!
Minn Edward Tagliaferro