Ġwanni Pawlu II fil-proklamazzjoni ta’ ħames Beati

Print Friendly, PDF & Email

QUDDIESA GĦALL-PROKLAMAZZJONI TA’ ĦAMES BEATI ĠODDA
OMELIJA TA’ ĠWANNI PAWLU II
Il-Ħadd, 4 ta’ Ottubru 1981

Ħuti għeżież!

1. Illum huwa jum ta’ eżultanza sinċiera u ta’ ferħ żelanti għall-Poplu ta’ Alla! Il-Knisja kollha tinżel għarkubbtrejha biex tqim tliet minn uliedha rġiel u tnejn minn uliedha nisa, li fl-eżistenza terrena tagħhom b’mod erojku wettqu, jum wara jum, l-esiġenzi tal-messaġġ tal-Vanġelu. Il-Knisja mqaddsa mid-demm tal-Għarus tagħha, Kristu, saret Omm ta’qaddisin irġiel u ta’ qaddisin nisa! U f’dan il-jum għandha l-kburija intima li tippreżenta lid-dinja kontemporanja ħames beati ġodda, xhieda tal-vitalità żagħżugħa, perpetwa, bla tarf tagħha, u possessuri ta’ dak il-messaġġ ta’ ferħ, li huwa tipiku tal-bxara tal-Vanġelu.

U bis-sinjal ta’ dan il-ferħ nisrani aħne se nisimgħu l-messaġġ, li l-ħames beati ġodda illum se jagħtuna, sabiex inkunu nistgħu nagħmluh tagħna, billi nwettquh f’ħajjitna, u nittrażmettuh, hekk, fil-ġenwinità tiegħu lis-soċjetà tallum, li qiegħda kontinwament tfittex l-Assolut.


2. Alain de Solminihac, imwieled minn familja qadima ta’ Perigord, li l-motto tagħha kien “Fidi u Kuraġġ”, għall-ewwel ħaseb li jingħaqad mal-Kavallieri ta’ Malta. Imma fl-1613, meta kellu għoxrin sena, iddeċieda li jidħol fl-Abbazija ta’ Chancelade, fl-inħawi ta’ Perigueux, immexxija mill-Kanoniċi regolari ta’ Santu Wistin. Wara l-ordinazzjoni tiegħu, jiddedika ruħu għall-istudji tat-tejoloġija u tal-ispiritwalità f’Pariġi. F’jum l-Epifanija tas-sena 1623, irċieva l-barka abbazzjali u b’kuraġġ inxteħet għar-restawr materjali u spiritwali tal-Abbazija tiegħu. Kienet l-epoka tal-applikazzjoni tal-Konċilju ta’ Trento. Dan l-eżempju kellu diwi wiesà fir-reġġjun u wkoll bogħod minn hemm. Issa, nixtieq nenfasizza kif personalità simili li kapaċi tixpruna għall-ħajja evanġelika tistà b’mod singolari tillumina l-Istituti reliġjużi ta’ żminijietna. Ikkondizzjonati b’mod inevitabbli mill-bidliet soċjo-kiulturali attwali, huma jridu jaċċettaw l-isfida tal-ksur tad-dixxiplina, għall-iskop tat-tiġdid, tal-fedeltà lejn t-“triq dejqa” mgħallma minn Kristu nnifsu u dejjem ikkaraterrizzata mill-għażla koxjenti u permanenti tal-faqar, tal-kastità u tal-ubbidjenza kkonsagrati. L-esperjenza ta’ Solminihac tfakkar b’mod opportun lir-reliġjużi kollha il-valur u l-fertilità tas-sagrifiċċju, sostnuta mir-Regola tal-mortifikazzjoni, tal-ħajja komunitarja. Nitlob lill-beatu il-ġdid li jikkomunikalhom iż-żelu axxetiku tiegħu.

Fl-1636, il-fama taż-żelu u tal-qdusija tal-Abbati ta’ Chancelade wasslet biex hu jkun nnominat Isqof ta’ Cahors mill-Papa Urbanu VIII. Ammiratur żelanti tal-pastorali konċiljari tal-qaddis Arċisqof ta’ Milan, Carlo Borromeo, Monsinjur di Solminihac iddeċieda wkoll li jagħti lid-dijoċesi tiegħu il-karatteristiċi u l-vitalità tant rakkomandati mill-Konċilju ta’ Trento. It-tnejn u għoxrin sena tiegħu ta’ servizz episkopali fir-reġġjun ta’ Quercy kienu mimlijin b’serje ma taqtà xejn ta’ attivitajiet important u effikaċi: is-sejħa ta’ Sinodu dijoċeżan, il-kostituzzjoni ta’ kunsill episkopali settimanali, il-vista sistematika lit-tminn mitt parroċċa tad-dijoċesi, li huwa rriveda disà darbiet kull waħda, il-ħolqien ta’ Seminarju afdat lil-Lażżaristi, il-multiplikazzjoni tal-missjonijiet parrokkjali, l-iżvilupp tal-kult ewkaristiku f’perijodu li fih il-ġenseniżmu kien beda jerġà jgħolli rasu, il-promozzjoni jew il-fondazzjoni ta’ opri krejattivi għall-anzjani u għall-orfni, għall-morda u għall-vittmi tal-pesta. Tliet snin qabel mewtu, fl-okkażjoni tal-Ġublew tal-1656, ippridka kemm biex il-poplu tiegħu jikkonverti, kif ukoll sabiex ikun sensibilizzat għall-missjoni partikolari tal-Isqof ta’ Ruma, garanti tal-kumonjoni bejn il-Knejjes. Fil-qosor, verset meħud mis-Salm 69, jiġbor pefettament fil-qosor il-ħajja pastorali ta’ dan l-Isqof tas-sbatax-il seklu: “Jiddivorani ż-żelu għal darek” Il-figura ta’ min jammiraha ta’ Alain di Solminihac jixirqilha għal kollox li tkun imqiegħda fid-dawl tal-Knisja li huwa qedà b’tant ħerqa. Jalla l-Isqfijiet ta’ Franza u tal-Pajjiżi l-oħra kollha jkunu jafu jsibu fil-ħajja tal-Beatu Alain di Solminihac il-Kuraġġ li jwettqu bla biżà l-funzjoni tagħhom ta’ evanġelizzaturi fid-dinja kontemporanja  !

Traduzione

2. Alain de Solminihac, issu d’une vieille famille du Périgord, dont la devise était “ Foi et Vaillance ”, avait d’abord songé aux Chevaliers de Malte. Mais en 1613, à l’âge de vingt ans, il décide d’entrer à l’Abbaye de Chancelade, proche de Périgueux et tenue par les Chanoines réguliers de Saint-Augustin. Après son ordination, il poursuit des études de théologie et de spiritualité à Paris. A l’Epiphanie de 1623, il reçoit la Bénédiction abbatiale et entreprend courageusement la restauration matérielle et spirituelle de son Abbaye. C’était l’époque de la mise en application du Concile de Trente. Cet exemple eut un grand retentissement dans la région et bien au-delà. Ici, je voudrais souligner qu’un tel entraîneur à la vie évangélique peut singulièrement éclairer les Instituts religieux de notre temps. Inévitablement touchés par les mutations socioculturelles actuelles, ils doivent relever le défi de l’affadissement ou même de la dilution par un renouveau de la fidélité à la “ voie étroite ” enseignée par Jésus lui-même et à jamais caractérisée par le choix conscient et permanent de la pauvreté, de la chasteté et de l’obéissance consacrées.

L’expérience d’Alain de Solminihac rappelle opportunément à tous les religieux la valeur et la fécondité de leur oblation radicale, soutenue par l’observance de la Règle, la mortification, la vie en communauté. Je prie le nouveau Bienheureux de leur communiquer sa ferveur ascétique.
En 1636, la réputation de zèle et de sainteté de l’Abbé de Chancelade le fit nommer à l’évêché de Cahors par le Pape Urbain VIII. Fervent admirateur de la pastorale conciliaire du saint Archevêque de Milan, Charles Borromée, Monseigneur de Solminihac prit lui aussi la décision de donner à son diocèse le visage et la vitalité tant souhaités par le Concile de Trente. Ses vingt-deux ans d’épiscopat dans le Quercy furent un déploiement incessant d’activités importantes et efficaces: convocation d’un synode diocésain, mise sur pied d’un conseil épiscopal hebdomadaire, visite systématique des huits cents paroisses du diocèse, qu’il reverra neuf fois chacune, création d’un séminaire confié aux Lazaristes, multiplication des missions paroissiales, développement du culte eucharistique en un temps où le jansénisme commençait à se répandre, promotion ou fondation d’œuvres caritatives pour les vieillards et les orphelins, pour les malades et les victimes de la peste.

Trois ans avant sa mort, il prêche lui-même le Jubilé de 1656, à la fois pour convertir son peuple et pour le sensibiliser à la mission particulière de l’Evêque de Rome, gardien de la communion entre les Eglises. Bref, un mot tiré du psaume 69 résumerait parfaitement la vie pastorale de cet Evêque du dix-septième siècle “ Le zèle de ta Maison me dévore ”. La remarquable figure d’Alain de Solminihac méritait bien d’être mise en lumière par l’Eglise qu’il a si ardemment servie. Puissent les évêques de France et de tous pays trouver dans la vie du Bienheureux Alain de Solminihac le courage d’évangéliser sans peur le monde contemporain!

3. Luigi Scrosoppi, minn Udine, ordnat saċerdot fl-1827, ingħata għal apostolat instankabbli, imħeġġeġ u mbuttat mill-karità ta’ Kristu. Waqqaf id-“Dar tal-Abbandunati” jew l-“Istitut tal-Providenza”, għall-formazzjoni umana u nisranija tat-tfajliet: fetaħ id-“Dar tal-Proviżjon” għall-ex-studenti li jkunu baqgħu bla xogħol; ta bidu għall-opra għal dawk Truxi u Muti, u waqqaf is-Sorijiet tal-Providenza, taħt il-protezzjoni ta’ San Gejtanu. Patri Luigi jidħol fil-Kongregazzjoni tal-Oratorju u jagħmel minnha ċentru dinamiku ta’ lluminazzjoni ta’ ħajja spiritwali. F’ħajtu, mogħtija totalment lill-erwieħ, huwa kellu tliet imħabbiet kbar: Ġesù; il-Knisja u l-Papa; iż-“Żgħar”.

Sa minn żgħożitu għażel lil Kristu bħala Surmast u ħabbu, billi kkuntemplah bħala fqir u umli ġewwa Betlem, ħaddiem ġewwa Nażżaret, batut u vittma fil-Ġetsemani u fuq il-Golgota; preżenti fl-Ewkaristija. “Irrid inkun fidil lejh – kiteb – attakkat perfettament miegħu fil-mixja tas-sema u jirnexxili nkun kopja tiegħu.

Imħabbtu għall-Knisja tidher fil-fedeltà assoluta għal-liġijiet ekkleżjastiċi; fl-apostolat tiegħu, li ma jafx pawsi jew eżitazzjonijiet fl-aċcettazzjoni ħelwa tal-Maġisteru.

Patri Scrosoppi qattà litteralment ħajtu kollha fl-eżerċizzju tal-karità lejn il-proxxmu, speċjalment lejn dawk l-iktar żgħar u l-iktar abbandunati. Lill-foqra qassmilhom il-ġid patrimonjali notevoli tiegħu. “Il-foqra u l-morda huma s-sidien tagħna u jirrapreżentaw il-persuna nfisha ta Ġesù Kristu”: dan huwa kliemu; imma huwa wkoll, u iktar, ħajtu.

Fis-sisien tal-attività pastorali u krejattiva multipla tiegħu hemm interjorità profonda; il-ġurnata tiegħu hija talba kontinwa: meditazzjoni, visti lis-Santissmu Sagrament, reċitar tal-Brevjarju, “Via Crucis” ta’ kuljum, Rużarju u, fl-aħħar, orazjoni twila bil-lejl; b’hekk jagħti lill-fidili, lis-saċerdoti u lir-reliġjużi eżempju mdawwal u effikaċi ta’ sintesi ekwilibrata bejn ħajja kontemplattiva u ħajja attiva.

  4. Erminio Filippo Pampuri, l-għaxar fost ħdax-il wild, ta’ 24 sena huwa tabib lokali u ta’ 30 sena jidħol fl-Ordni Ospidalier ta’ San Ġwann ta’ Alla (Fatebenefratelli). Tliet snin biss wara miet.

Dan huwa figura straordinarja, qrib żmienna, imma iktar qrib tal-problemi u s-sensubiltà  tagħna. Aħna nammiraw f’Erminio Filippo, li fl-Ordni sar Fra Riccardo Pamoeri, iż-żagħżugħ lajk nisrani, impenjat biex jirrendi xhieda fl-ambjent studentesk, bħala membru attiv taċ-Ċirkolu Universitarju “Severino Boezio” u soċju tal- tal-Knferenza ta’ San Vinċenz de’ Paoli; it-tabib dinamiku, imħeġġeġ minn karità qawwija u konkreta lejn il-morda u l-fqar, li fihom kien jilmaħ il-wiċċ ta’ Kristu batut. Huwa wettaq litteralment il-kliem, miktub lil oħtu soru, meta kien tabib lokali: “ Itlob sabiex is-suppervja, l-egoiżmu u kwalunkwè passjoni ħażina oħra li aħna għandna biex timpedina li dejjem naraw lil Ġesù batut fil-morda tiegħi, Huwa jikkura, Huwa jsabbar. B’dan il-ħsieb dejjem ħaj f’moħħna, kemm ħlewwa u kemm fertilità għandu jidhirli l-eżerċizzju tal-professjoni tiegħi!”.

Nammirawh ukoll bħala reliġjuż onest ta’ Ordni ta’ min ifaħħarha, li, fl-ispirtu tal-Fundartur tagħha San Ġwann ta’ Alla, għamel mill-karità lejn Alla u lejn ħutu morda il-missjoni speċifika propja u l-kariżma oriġinarja propja. “Irrid insrvik, o Alla tiegħi, għalli ġej bl-ikbar perseveranza u mħabba: fis-superjuri tiegħi, f’ħuti, fil-morda l-iktar għeżież tiegħek: tini l-grazzja li nservihom kif inservi Lilek”: hekk kiteb fil-proposti bi tħejjija għall-professjoni reliġjuża.

Il-ħajja qasira, iżda mħeġġa, ta’ Fra Riccardo Pampuri hija xprun għall-Poplu kollu ta’ Alla, imma b’mod speċjali għaż-żgħażagħ, għat-tobba, għar-reliġjużi

Liż-żgħażagħ kontemporanji huwa jindirizza l-istedina biex jgħixu kuntenti u b’mod qalbieni l-fidi nisranija; fi smigħ ma jaqtax tal-Kelma ta’ Alla, b’konsistenza ġeneruża mal-esiġenzi tal-messaġġ ta’ Kristu, fl-għotja lejn l-aħwa.

Lit-tobba, kollegi tiegħu, huwa jindirizza l-appell biex jiżvolġu b’impenn l-arti delikata tagħhom waqt li janimawha bl-ideali nsara, umani, professjonali, sabiex tkun missjoni awtentika ta’ servizz soċjali, ta’ karità fraterna, ta’ vera promozzjoni umana.

Lir-reliġjużi rġiel u nisa, b’mod speċjali għal dawk li, fl-umiltà u fil-ħabi, jwettqu l-konsagrazzjoni tagħhom bejn il-korsiji tal-isptarijiet u fid-djar tal-kura, Fra Riccardo jirrakkomanda li jgħixu l-ispirtu oriġinarju tal-Istitut tagħhom, fl-imħabba ta’ Alla u ta’ ħuthom fil-bżonn.

5. Claudine Thévenet għexet ħajjitha kollha f’Lyon. L-adoloxxenza tagħha ntlaqtet mir-rivoluzzjoni Franċiża li regħdet b’mod vjolenti lill-belt fejn twieldet. Għodwa waħda, f’Jannar tal-1794, din it-tfajla ta’ dsatax-il sena għarfet liż-żewġ ħutha, Louis u François, fi grupp ta’ kkundannati għall-mewt. Hija allura kellha l-kuraġġ li takkumpanjahom sal-post tal-kastig tagħhom u li tilqà l-aħħar kliem tagħhom: “Glady, aħfrilhom, bħal ma aħna naħfru!” Din il-ġrajja kienet bla ebda dubju fattur determinanti tal-vokazzjoni ta’ Claudine, li diġa kienet tant imħeġġa minn sentimenti ta’ ħniena għall-miżerji miġmugħa mill-buffura rivoluzzjonarja. Hija kienet toħlom li ssir messaġġiera tal-ħniena u tal-maħfra ta’ Alla f’soċjetà mċarrta, u li tiddedika ħajjitha għall-edukazzjoni tal-infanzja, speċjalment ta’ l-ifqar fost il-fqar, li l-istat tagħhom ta’ abbandun kien jegħleb kwalunkwè immaġinazzjoni. Hawn hu għaliex, bl-għajnuna mdawla ta’ Patri Coindre, Claudine waqqfet fl-1816 Assoċjazzjoni Pija, li sentejn wara ssir il-Kongregazzjoni ta’ Ġesù-Marija, b’ferħ kbir tal-Knisja. Ulied Madre Thévenet huma iktar minn elfejn, preżenti fil-kontinenti kollha u tassew imħeġġa mill-ispirtu tagħha. Skejjel u kulleġġi, ostelli għaż-żgħażagħ u għall-persuni anzjani, pastorali katekistika u familjari, kliniki u djar tat-talb m’għandhomx għajr għan wieħed: li jintroduċu lil Ġesù u lil Marija, fl-opri għall-promozzjoni soċjali tal-foqra.

Wara mija u ħamsin sena, il-ħajja ta’ din il-fondatriċi tappella dejjem lil uliedha u tappella wkoll lill-insara. Ma ngħixux aħna wkoll f’soċjetà spiss ferm ittentata u sfigurata mill-vjolenza? Ma jmissniex aħna wkoll inħallu lilna nfusna niġu nvaduti mill-ħniena bla tarf ta’ Alla, biex inwasslu l-kontribut qalbieni tagħna lil din iċ-“Civiltà tal-imħabba” li dwarha  jitkellem Pawlu VI, l-unika li hija denja tal-bniedem? Claudine Thévenet tippreżenta ruħha lilna bħala mudell ta’ mħabba u ta’ maħfra: “Jalla l-Karità tkun dejjem il-pupilla ta’ għajnejkom”, tġħidilna wkoll illum propju kif kienet tħobb tirrepeti lis-sorijiet tagħha. “Kunu lesti li tbatu kollox għall-oħrajn u biex ma ġġegħlu ebda persuna tbati”.

Mill-banda l-oħra l-beata l-ġdida ma tkomplix tkun mudell tal-ħajja evanġelika u reliġjuża għal dawk li jikkonsagraw ruħhom għall-edukazzjoni taż-żgħażagħ, fil-Knisja u skont id-direttivi tagħha? L-intuwizzjonijiet u l-metodi pedagoġiċi ta’ Claudine Thévenet huma dejjem materjal tematiku: jiġifieri edukazzjoni mimlija b’attenzjonijiet materni, li tqis dejjem li tħejji liż-żgħażagħ għall-ħajja permezz tal-kisba ta’ kompetenza professjonali u l-introduzzjoni progressiva għar-responsabiltajiet futuri tagħhom ta’ nisa miżżewġa u ommijiet, u fuq kollox b’mod profondament nisrani, għaliex – kienet tgħid – “L-agħar sfortuna hija l- tgħix u tmut mingħajr ma tagħraf lil Alla”.

Claudine, li għamlet minn ħajjitha reliġjuża “innu ta’ glorja” lill-Mulej, b’imitazzjoni tal-Verġni Marija li hija kienet tqim b’mod profond, tfakkar lill-insara li  jixraq li noffru kollox lil Alla. Lil dawk li l-Mulej jistieden biex jikkonsagraw ruħhom b’mod iktar partikolari għas-servizz tiegħu, hija tikkonferma li hemm bżonn li nkunu nafu “nitilfu ħajjitna” (cf. Mt 10,39) sabiex oħrajn jkunu jafu jħobbu u jagħrfu lil Alla; hija barra minn hekk tikkonferma permezz tal- eżrmpju tagħha li l-ikbar success fil-ħajja huwa l-qdusija.

Traduzione

5. Claudine Thévenet a vécu toute sa vie à Lyon. Son adolescence fut bouleversée par la révolution française qui secoua si violemment sa ville natale. Un matin de janvier 1794, cette jeune fille de 19 ans reconnaît ses deux frères, Louis et François, dans un cortège de condamnés à mort. Elle a lè courage de les accompagner jusqu’au lieu de leur supplice et dé recueillir leurs dernières paroles: “ Glady, pardonne, comme nous pardonnons! ”. Cet événement fut sans doute un élément déterminant de la vocation de Claudine déjà si compatissante aux misères accumulées par l’orage révolutionnaire. Elle songe à devenir une messagère de la miséricorde et du pardon de Dieu dans une société déchirée, et à donner sa vie à l’éducation des jeunes, surtout des plus pauvres, dont l’état d’abandon dépasse l’imagination. C’est pourquoi, avec le soutien éclairé du Père Coindre, Claudine fonde en 1816 une Pieuse Union, qui deviendra deux ans plus tard la Congrégation de Jésus-Marie. Aujourd’hui, pour la plus grande joie de l’Eglise, les Filles de Mère Thévenet sont plus de deux mille, présentes sur tous les continents et vivant vraiment de son esprit. Ecoles et collèges, foyers pour jeunes filles et pour personnes âgées, pastorale catéchétique et familiale, dispensaires et maisons de prière n’ont qu’un but: faire connaître Jésus et Marie, tout en œuvrant à la promotion sociale des pauvres.

A cent cinquante ans de distance, la vie de cette fondatrice interpelle toujours ses filles et interpelle aussi les chrétiens. Ne sommesnous pas nous-mêmes dans une société trop souvent tentée et défigurée par la violence? N’avons-nous pas à nous laisser envahir par la miséricorde infinie de Dieu, afin d’apporter notre courageuse contribution à cette “ civilisation de l’amour ” dont parlait Paul VI, la seule qui soit digne de l’homme? Claudine Thévenet se présente à nous comme un modèle d’amour et de pardon: “ Que la charité soit comme la prunelle de vos yeux ”, nous dit-elle encore maintenant comme elle aimait à le répéter à ses Sœurs. “ Soyez disposées à tout souffrir des autres et à ne rien faire souffrir à personne ”.

D’autre part, la nouvelle Bienheureuse ne demeure-t-elle pas un modèle de vie évangélique et religieuse pour ceux et celles qui se consacrent à l’éducation de la jeunesse, dans l’Eglise et selon ses directives? Les intuitions et les méthodes pédagogiques de Claudine Thévenet sont toujours d’actualité: à savoir, une éducation pleine d’attentions maternelles, très soucieuse de préparer les jeunes filles à la vie par l’acquisition d’une compétence professionnelle et l’initiation progressive à leurs: futures résponsabilités d’épouses et de mères, et par-dessus tout profondément chrétienne, car – disaitelle – “ il n’est pas de plus gránd malheur que de vivre et de mourir sans connaître Dieu ”.
Claudine, qui a fait de sa vie religieuse une “ hymne de gloire ” au Seigneur, à l’imitation de la Vierge Marie qu’elle vénérait profondément, rappelle aux chrétiens qu’il vaut la peine de tout miser sur Dieu. A ceux et celles que le Seigneur invite à se consacrer plus particulièrement à son service, elle confirme qu’il faut savoir “ perdre sa vie ” pour que d’autres puissent aimer et connaître Dieu; elle confirme aussi par son exemple que la plus belle réussite dans la vie, c’est la sainteté.

6. Maria Repetto, ta’ 22 sena, tidħol f’Ġenova fil-Kongregazzjoni  tas-Sorijiet ta’ Nostra Signora del Rifugio, in Monte Calvario. Fl-epidemiji numerużi u gravi tal-kolera li jfaqqgħu fuq il-belt, hija tiġri bla biżà bejn l-ifirxa tal-morda. Il-fama tas-“soru qaddisa” jikber ta’ kuljum, u , meta  tieħu x-xogħol ta’ purtinara, hija tkompli tirregala t-teżori tal-ispiritwalità għolja tagħha lil dawk li kienu jirrikorru għandha għal għajnuna u parir.

Marija Repetto sa minn żgħożitha fehmet u għexet verità kbira, li ttrażmettiet lilna wkoll: Ġesù għandu jkun ikkontemplat, maħbub u moqdi fil-foqra, fil-waqtiet kollha ta’ ħajjitna

Hija tagħti dak kollu li għandha:  it-tifdil tagħha, il-ħwejjeġ tagħha, kelmitha, ħinha, it-tbissimha tagħha. “Aqdi il-foqra ta’ Ġesù” kien il-program tal-Istitut tagħha; program li hi wettqet fil-50 sena ta’ ħajja reliġjuża, billi qdiet qabel kollox lil Ġesù, billi kibret fil-perfezzjoni tal-imħabba, billi fakkret lilha nfisha li: “qabel xejn tkun reliġjuża!”: u billi taqdi lill-foqra, għaliex Ġesù jgħix fil-foqra.

San Francesco da Caporosso, imsejjaħ mill-Ġenoviżi “il-patri qaddis”, kien jibagħat lilha , “is-soru qaddisa” persuni ta’ kull livell soċjali, li kienu jinħtieġu għajnuna u pariri. Il-Patri umli ċerkatur, ikkanonizzat fl-1962, u l-umli purtinara, li llum titlà għall-unuri tal-altari, kienu fis-seklu l-ieħor, iż-żewġ ċentri tal-ħajja reliġjuża ta’ Ġenova. Marija Repetto kienet dejjem kuntenta u kalma u kienet tieħu gost iżżomm qalbha miftuħa, iktar minn bieb il-kunvent, u li tagħti, tagħti dejjem, tagħti kollox.

U dan il-ferħ tal-għoti tagħha lil Alla laħaq il-quċċata tiegħu f’mewtha: bi tbissima fuq xuftejha “Regina coeli, laetare, alleluia!”.

7. Għeżież!

Bdejna din ir-riflessjoni bis-sinjal tal-ferħ nisrani; u bis-sinjal tal-ferħ paskwali, frott tas-Salib ta’ Ġesù, aħna se nkomplu din iċ-ċelebrazzjoni sollenni, imsabbrin mill-eżempji meraviljużi ta’ dawn il-beati ġodda, li jindikaw il-mixja, li aħna wkoll irridu nimxu fil-pellegrinaġġ terren tagħna: il-mixja tal-imħabba lejn Alla u lejn ħutna, b’mod speċjali dawk batuti fl-ispirtu u fil-ġisem.

Il- beati l-ġodda afdaw fil-Mulej, sejħulu, qawwija fil-ħniena u l-miserikordja tiegħu; segwew it-toroq tiegħu; fittxew li jogħġbuh; inxteħtu f’dirgħajh  (cf. Sir 2,7s). Fil-quċċata ta’ ħsibijiethom, ‘il fuq minn kollox qiegħdu l-karità, konvinti li hija “ir-rabta tal-perfezzjoni” (cf. Col 3,14). Waqt li għamlu tagħhom l-istedina ta’ Kristu, biegħu dak kollu li kellhom u tawh f’karità, għamliugħalihom infushom xi boroż, li qatt ma jeqdiemu, u kisbu teżor  li ma jintemmx fis-smewwiet  (cf. Lq 12,32s), kif tgħid is-silta evanġelika, li nqrat ftit ilu.

Waqt li nbaxxu b’qima quddiemhom, aħna nafdaw lilna nfusna għall-interċessjoni qawwija tagħhom:
O Beatu Alain de Solminihac,
O Beatu Luigi Scrosoppi,
O Beatu Riccardo Pampuri,
O Beata Claudine Thévenet,
O Beata Maria Repetto,
itolbu lit-Trinità Santissima għal Artijiet twelidkom terreni. Sabiex jgħixu fi qbil seren! Itolbu għall-Familji reliġjużi tagħkom, sabiex jagħtu lis-soċjetà kontemporanja xhieda ferrieħa tad-donazzjoni tagħhom lil Alla! Itolbu għall-Knisja, pellegrina fuq l-art, sabiex tkun dejjem sinjal u strument tal-għaqda ntima ma’ Alla u tal-għaqda tal-ġeneru uman kollu!

Itolbu għall-polpli kollha tad-dinja, sabiex iwettqu fir-rapporti tagħhom il-ġustizzja u l-paċi!
O Beati Rġiel u Nisa, itolbu għalina!  Amen!

Miġjub mit-Taljan għall-Malti minn Emanuel Zarb

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d bloggers like this: