Il-Ħajja f’Għawdex, Diċembru 2021, Nru 1033

Print Friendly, PDF & Email

L-editorjal ta’ dan ix-xahar jilmenta fuq l-egoiżmu li donnu ħakem is-soċjetà, wieħed li jdaħħal liż-żgħażagħ fi sqaqien huma u jfittxu l-ferħ, ħaġa li l-legalizzazzjoni tal-kannabis aktarx ħa ġġib agħar. Korrispondent jagħmel appell għar-restawr tal-akwidotti ta’ żmien l-Ingliżi fit-tarf tar-Rabat. L-Awtorità Reġjonali għall-Iżvilupp ta’ Għawdex għalqet sena, u nsibu intervista mas-CEO tagħha dwar l-għanijiet u l-kisbiet tagħha sa issa. Artiklu ieħor jinsisti fuq il-ħtieġa li Għawdex jikseb l-istatus reġjonali tiegħu. Fuq nota inqas serja, naqraw fuq bosta ġrajjiet mużikali – kunċerti, opri u serati – li nżammu fin-Nadur, l-Għarb, ix-Xewkija, il-Belt Victoria, il-Munxar, u San Lawrenz. Ir-rivista ġġib ukoll tifsira tal-arma l-ġdida tad-Djoċesi ta’ Għawdex. Riċensjonijiet, bijografiji, riflessjonijiet spiritwali, artikli storiċi, aħbarijiet djoċesani u sportivi, u temi kulturali bħas-soltu lanqas jonqsu. Għar-riċerkatur, l-aħħar ftit paġni fihom werrej tal-artikli kollha ppubblikati fir-rivista tul l-2021.

Il-Ħajja f’Għawdex, December 2021, No 1033

The editorial this month laments the selfishness that seems to have taken grip of society, one which makes young people seek happiness down pernicious alleys, an issue which the legalization of cannabis is likely to aggravate. A correspondent writes to make an appeal for the restoration of the British-era aqueduct on the outskirts of Victoria. The Gozo Regional Development Authority is one year old, and its CEO is interviewed on its aims and achievements so far. Another article stresses the necessity of Gozo gaining an official regional status. On a less sober note, we read about a plethora of musical events – concerts, opera and soirees – held in Nadur, Għarb, Xewkija, Victoria, Munxar, and San Lawrenz. The periodical also announces and describes the new coat-of-arms of the Gozo Diocese. Book reviews, biographies, spiritual reflections, historical articles, diocesan news and sports and culture are as usual not lacking. For the researcher, the back pages include a very useful index of items published throughout 2021.

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d bloggers like this: