Il-Papa jingħaqad mal-Ewropa f’luttu għal David Sassoli: bniedem ta’ valuri nsara u umani

Print Friendly, PDF & Email

F’telegramma indirizzata lil Alessandra Vittorini, mart David Sassoli, President tal-Parlament Ewropew, li miet fis-sigħat bikrin tat-Tlieta filgħodu, l-Papa Franġisku qal li jiftakar fih bħala bniedem ta’ fidi “animat bit-tama u l-karità”. Il-messaġġ f’isem il-Papa, iffirmat mis-Segretarju tal-Istat tal-Vatikan, il-Kardinal Pietro Parolin, esprima l-qrubija spiritwali tal-Papa f’dan iż-żmien ta’ niket, u assigura lill-mara ta’ Sassoli u liż-żewġt ulied, bis-sehem mill-qalb tiegħu f’luttu li laqat lill-Italha u lill-Unjoni Ewropea.

F’Lulju 2019, Sassoli ta’ 65 sena sar President tal-Parlament Ewropew b’705 siġġu. Kien it-tieni president Taljan minn meta l-assemblea ġiet eletta b’vot universali. Huwa kien rispettat ħafna talli kien difensur qawwi tal-valuri ewlenin tal-Unjoni Ewropea, billi invoka r-ritorna għall-ispirtu tal-fundaturi tagħha bbażat fuq ir-rifjut tal-kunflitt u n-nazzjonaliżmu u l-promozzjoni tal-paċi u l-ugwaljanza.

L-Papa Franġisku, li ltaqa’ miegħu f’diversi okkażjonijiet istituzzjonali, qal li jiftakar fih bħala bniedem ta’ fidi, “animat bit-tama u l-karità, ġurnalist kompetenti u bniedem stmat tal-istituzzjonijiet li, bil-kalma u b’rispett, fir-rwol u r-responsabbiltà pubblika tiegħu, għamel l-almu tiegħu għall-ġid komuni b’onestà u impenn ġeneruż. Iddeskrivih bħala politiku li dejjem ippromwova viżjoni ta’ solidarjetà tal-komunità Ewropea b’luċidità u passjoni, u ddedika ruħu b’attenzjoni partikolari għaż-żgħir”.

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2022-01/pope-death-david-sassoli-telegram-eu-president.html

%d bloggers like this: