Il-Papa jagħmel żjara sorpriża f’ħanut tad-diski f’Ruma.

Print Friendly, PDF & Email

Kienet sorpriża kbira għal dawk li joqgħodu f’viċin ta’ ħanut tan-nuċċalijiet, meta wara nofsinhar tal-4 ta’ Settembru 2015, il-Papa daħal f’dan il-ħanut fiċ-ċentru storiku ta’ Ruma, biex ibiddel il-frejms tan-nuċċalijiet tiegħu. Imbagħad, għal darb’oħra, fil-21 ta’ Diċembru 2016, meta kien żar ħanut taż-żraben, fiż-żona Gregorio VII, biex jixtri żarbun ġdid.

It-Tlieta wara nofsinhar, seħħet xena simili bil-wasla f’daqqa tal-Papa Franġisku fil-bini ta’ “Stereosound”, ħanut antik tad-diski, f’Via della Minerva, ħdejn il-Panteon. Il-Papa Franġisku, kien jaf lis-sidien tal-ħanut minn meta kien Arċisqof, u li meta kien iżur Ruma, kien joqgħod fil-‘Casa del Clero’, fil-Via della Scrofa, viċin tal-ħanut.

Meta wasal għall-ħabta tas-7pm, b’Fiat 500L bajda, l-Papa Franġisku ma damx ma ġibed l-attenzjoni ta’ dawk li kienu għaddejjin. Skont Matteo Bruni, Direttur tal-Uffiċċju Stampa tas-Santa Sede, l-Papa Franġisku bierek il-ħanut li ġie rinnovat, kif ukoll dar dawra fih.

Skont dawk preżenti, malajr inġabret folla żgħira, lesta biex bl-ismartphones tagħhom jiffilmjaw l-ħruġ tal-Papa. Kienu l-aktar żgħażagħ li waqt li bdew jittawlu mit-twieqi tal-ħanut, bdew jiċċajtaw dwar x’tip ta’ mużika jista’ jinteressha lil Papa. Il-Papa deher ibierek lil Letizia, lis-sid anzjana, lil kunjata u lil bintha. Bint is-sid tal-ħanut ippreżentat lill-Papa rigal, imgeżwer f’kartu blu: diska ta’ 33rpm ta’ mużika klassika.

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2022-01/pope-francis-surprise-visit-shop-centre-rome.html

%d bloggers like this: