It-talba tal-Papa Franġisku lill-Madonna tal-Mellieħa

Print Friendly, PDF & Email

Il-Ġimgħa, 8 ta’ April 2022: It-talba tal-Papa Franġisku lill-Madonna tal-Mellieħa. Santwarju tal-Madonna tal-Mellieħa, il-Mellieħa.

Fi tmiem il-quddiesa, l-Arċisqof ippreżenta talba li l-Papa Franġisku kiteb lill-Madonna tal-Mellieħa fl-okkażjoni tal-vjaġġ appostoliku tiegħu f’Malta. It-talba nkitbet mill-Papa bit-Taljan u ffirmaha fit-2 ta’ April meta kien Malta.

Omm Verġni tal-Verb Inkarnat,
Omm Alla meqjuma għal sekli sħaħ
f’dan il-post qaddis.
Ġenerazzjonijiet ta’ Maltin resqu lejk u talbuk;
hawn sabu s-serħan, il-faraġ u l-ħarsien.

Verġni Omm,
kun għalina Omm it-Tenerezza
li tilqa’ lil kulħadd bħala wlied il-Missier
u twassalhom għat-tgħannieqa tal-Ħniena mill-aktar ħelwa.

Verġni Omm,
kun għalina Omm il-Viċinanza
li tersaq biex tiltaqa’ ma’ kull persuna li qed tbati u togħtor,
u twassalha għall-fejqan tal-ġisem u tar-ruħ.

Verġni Omm,
kun għalina Omm il-Ħniena
li tiftħilna l-Qalb ħelwa u umli ta’ Ibnek Ġesu’
u tgħallimna li l-vera mħabba tagħmel minna ulied tal-Aktar Għoli.

Omm Verġni tal-Mellieħa, itlob għalina.

Ammen

Franciscus PP.

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading