Messaġġ ta’ ringrazzjament mill-Papa Franġisku

Print Friendly, PDF & Email

Lill-Għażiż Ħija
Mons. Charles Jude Scicluna
Arċisqof ta’ Malta u President tal-Konferenza Episkopali Maltija

Lura mill-Vjaġġ Appostoliku, nixtieq nirringrazzjak tal-impenn kbir waqt it-tħejjijiet taż-Żjara tiegħi. Insellem ukoll lis-saċerdoti, lir-reliġjużi rġiel u nisa, u l-lajċi li ħadmu flimkien.

Grazzi tal-merħba sabiħa, tal-ospitalità u tal-ġenerożità. Ngħożż l-umanità u l-umoriżmu tiegħek, kif ukoll l-imħabba li wrejtuni f’dawn il-jiem mimlija b’tant ferħ. 

Nittama li l-Mulej jagħtikom id-don tal-vokazzjonijiet u jippremjakom għall-kura li tagħtu bi mħabba lis-saċerdoti anzjani. Inżommkom fit-talb tiegħi u nitolbok, jekk jogħġbok, tagħmel l-istess għalija. Jalla l-Mulej Ġesù jbierkek u l-Verġni Qaddisa tħares lilek u l-poplu li ġie afdat fil-kura pastorali tiegħek. 

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading