Ħuta barra mill-ilma

Print Friendly, PDF & Email

IS-SENA  60 A. D.

Ruben, żagħżugħ għani, riekeb fuq ħmar. Warajh, erba’ bgħula mgħobbijin sa ruħ ommhom, mmexxijin minn 6 qaddejja, tnejn minnhom armati bil-lanez (difens minn xi attakk tal-ħallelin).  Jgħaddu minn għoljiet u widien tal-Galilija, jiġbru l-qbila minn bdiewa li jaħdmu l-art li hi propjeta ta’ Samwel, missier Ruben.  Fit-triq jiltaqghu ma’ nies għaddejjin fuq xogħlhom il-biċċa l-kbira bdiewa, rgħajja jew sajjieda. Ma tonqosx id-dehra ta’ xi grupp żgħir Rumani għaddejjin fuq ir-ronda tagħhom.

Ruben u l-qaddejja jaslu fir-razzett ta’ Eljażar.  Il-qaddejja jħabbtu l-bieb. Tiftaħ Abigejl, it-tifla ta’ Eljażar.  Tagħmel inkin lejn Ruben.

ABIGEJL:  Għaddu. Merħba bikom.  Missieri qed jistennikom.

Jidħlu. L-ewwel kamra hija bitħa fejn insibu xi żewġ ġarar kbar tal-ilma. Abigejl ittella’ l-ilma mill-ġarar b’xi reċipjent tal-fuħħar u tferrgħu fuq idejn u riġlejn Ruben. Ittih biex jixxotta.  Il-qaddejja l-ewwel jieħdu ħsieb il-bgħula u mbagħad jinħaslu huma wkoll.  Abigejl turi t-triq lil Ruben għall-ewwel kamra u tistiednu jidħol.  Eljażar mixħut fuq divan maġemb mejda baxxa flimkien ma’ ħames uliedu oħra ta’ etajiet differenti. Il-mejda aramata għall-ikel. Eljażar iqum u jmur jilqa’ lil Ruben.

ELJAŻAR:  Xalom!  Merħba bik, ja sidi Ruben.  Għaddi.  Oqgħod hawn fil-post tal-unur.

RUBEN: Niżżik ħajr.

ELJAŻAR: U x’aħbar għandek fuq tad-dar? Sidi Samwel u l-għażiża ommok?  Ħutek?

RUBEN:  Tajbin, Grazzi.

L-AĦĦAR ATT
Jien tlabt u sirt għaqli, sejjaħt lil Alla u mtlejt bil-għerf. U dan il-għerf qistu aqwa mix-xettri u t-tronijiet u ntbaħt li l-għana m’hu xejn ħdejh. Anqas ma xebbaħt miegħu l-ħaġra l-aktar prezzjuża għax id-deheb kollu ħdejh mhux ħlief ftit ramel. U l-fidda qisha daqsxejn tajn jekk tqabbilha miegħu. (Għerf: 7. 7-9)

       

 

 

 

                                                                        

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d bloggers like this: