Sinodu: Sensiela ta’ korsijiet onlajn b’xejn dwar id-dixxerniment u t-teħid ta’ deċiżjonijiet

Print Friendly, PDF & Email

Kattoliċi madwar id-dinja huma mistiedna jieħdu sehem f’Kors Massiv Miftuħ Online dwar is-suġġett ta’ “Dixxerniment Komuni u t-Teħid ta’ Deċiżjonijiet fil-Knisja”. L-inizjattiva ġejja bħala parti mis-Sinodu dwar is-sinodalità, li bħalissa tinsab fil-fażi djoċesana u li għandha tilħaq il-qofol tagħha bl-Isqfijiet li jiltaqgħu f’Ruma f’Ottubru 2023.

Il-Korsijiet onlajn huma miftuħa għal kull min hu interessat, u jibdew f’Lulju b’kors ta’ tliet ġimgħat li jittama li joffri formazzjoni fit-“teoloġija u prattika tas-sinodalità” li aktar minn 100,00 persuna.

Dawk interessati jistgħu jirreġistraw f’din link:

Il-korsijiet huma ospitati minn Formacion Continua Online tal-Iskola tat-Teoloġija u l-Ministeru tal-kulleġġ ta’ Boston. Dawn huma sponsorjati mill-Konferenzi tal-Isqfijiet tal-Amerika Latina, l-Ewropa, u l-Asja, kif ukoll il-Ġiżwiti fl-America Latina u l-organizzazzjonijiet tas-Superjuri Ġenerali tal-kongregazzjonijiet reliġjużi irġiel u nisa. Skont stqarrija għall-istampa, s-Sinodu dwar is-sinodalità “jirrappreżenta stadju ġdid fil-ħajja ekkleżjali u riforma sabiex nibnu Knisja Sinodali għal dan it-tielet millennju”.

L-ewwel kors se joffri konferenzi, taħditiet fil-fond, u testimonjanzi minn diversi rappreżentanti tal-Knejjes lokali u l-esperjenza tagħhom ta’ sinodalità. “Il-korsijiet kollha huma kompletament bla ħlas u se jiġu offruti online f’diversi lingwi – l-Ispanjol, l-Ingliż, l-Portuġiż, l-Franċiż, u t-Taljan”. “Barra minn hekk, kelliema mill-kontinenti kollha se jipparteċipaw fil-korsijiet, li jippermettulna li jkollna viżjoni globali u inter-kulturali tal-Knisja.” Il-lista twila ta’ lekċerer tinkludi lil Sor Nathalie Becquart, Sotto-segretarja tas-Sinodu tal-Isqfijiet.

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/church/news/2022-06/synod-synodality-online-courses-church-discernment.html

%d bloggers like this: