Papa Franġisku: Il-Knisja trid tikkomunika l-fidi b’teoloġija li hi ħajja’.

Print Friendly, PDF & Email

Il-Ġimgħa, l-Papa Franġisku rrifletta dwar il-missjoni tal-iskejjel tat-teoloġija u lir-rwol tal-ġurnali teoloġiċi, f’indirizz stampat li ngħata lill-membri tal-bord editorjali ta’ La Scuola Cattolica, waqt udjenza fl-okkażjoni tal-150 anniversarju tal-ġurnal teoloġiku.

Fir-rimarkui tiegħu bil-miktub, il-Qdusija Tiegħu ddeskriva l-pubblikazzjoni, li hija assoċjata mas-Seminarju Arċidjoċesan ta’ Milan, bħala “daqsxejn bħal vetrina, fejn l-artiġjan juri x-xogħol tiegħu u wieħed jista’ jammira l-kreattività tiegħu.” F’dan id-dawl, il-Papa Franġisku enfasizza tliet aspetti tat-teoloġija li huma speċjalment importanti fid-dinja ta’ llum.

Il-Papa enfasizza l-importanza li l-fidi tiġi interpretata għad-dinja moderna, li tagħmilha aċċessibbli għan-nies ta’ kull età “fid-dinamiżmu tat-tradizzjoni”. “Hu għalhekk li l-lingwa teoloġika trid tkun dejjem ħajja, u ma tistax ma tevolvix, filwaqt li toqgħod attent li tiġi miftehma”.

It-teoloġija, qal, “għandha responsabbiltà kbira li tistimula u tiggwida t-tfittxija għat-tifsira,” speċjalment illum, u stieden lill-formaturi biex jistaqsu lilhom infushom kif qed jikkomunikaw il-veritajiet tal-fidi lid-dinja moderna.

Il-Papa Franġisku saħaq fuq il-ħtieġa ta’ formazzjoni tajba għat-tiġdid u l-futur tal-vokazzjonijiet. “Kull vokazzjoni partikolari titwieled, tikber u tiżviluppa fil-qalba tal-Knisja”. Huwa nnota li dawk li huma msejħin għas-saċerdozju jew għall-ħajja reliġjuża, kollha għandhom l-esperjenzi tal-ħajja stess tagħhom, u l-formaturi jridu jkunu kapaċi “‘jiltaqgħu’ mal-personalità kollha ta’ dawk ‘imsejħin’,” li tinkludi “l-intelliġenza, s-sentimenti, qalbhom, l-ħolm u l-aspirazzjonijiet”.

Formatur tajjeb, insista, “esprimu s-servizz tagħhom f’attitudni li nistgħu nsejħulha ‘djakonija’ tal-verità,” proprju għax tinvolvi “l-eżistenza konkreta tan-nies”. Is-seminaristi, qal il-Papa, iridu jitgħallmu aktar bl-eżempju tal-formaturi milli bi kliemhom, jitgħallmu jkunu miftuħa u disponibbli għall-oħrajn, speċjalment dawk l-aktar fil-bżonn.

Fl-aħħarnett, il-Papa qal li l-evanġelizzazzjoni – li qatt ma hi proselitiżmu – hija fil-qalba tas-sevizz ekkleżjali tal-formaturi. Hu ddeskriva l-evanġelizzazzjoni bħala “attrazzjoni lejn Kristu, li trawwem fik dik il-laqgħa ma’ Dak li jibdel ħajtek, li jagħmlek ferħan, u jagħmlek kull jum ħlejqa ġdid u sinjal viżibbli tal-imħabba Tiegħu”. Il-Qdusija Tiegħu qal, li kull persuna għandha dritt li tirċievi l-Evanġelju; li għall-insara, dan jimplika, djalogu mad-dinja u d-iversi kulturi u reliġjonijiet tagħha.

Il-Papa Franġisku fakkar lil dawk preżenti li huwa l-Ispirtu s-Santu “li jdaħħalna fil-Misteru u jagħti enfasi lill-missjoni tal-Knisja”. Għal din ir-raġuni, t-teoloġi jridu jkunu miftuħa għad-dinja, li “jinkarnaw” il-milja tal-verità li l-Ispirtu jwassal għaliha.

“Tabilħaqq, li tgħallem u tistudja t-teoloġija jfisser li tgħix fuq fruntiera, l-fruntiera fejn l-Evanġelju jilħaq il-bżonnijiet reali tan-nies”.

Il-Papa qal, li “għandna bżonn teoloġija li tkun ħajja, li tagħti ‘togħma’ kif ukoll għarfien, li tkn il-bażi ta’ djalogu ekkleżjali serju, ta’ djalogu sinodali, li jiġi organizzat u pprattikat fil-komunitajiet lokali, għal tnedija mill-ġdid tal-fidi fit-tibdil kulturali ta’ llum”.

Il-Papa Franġisku temm id-diskors tiegħu bit-tama li r-riflessjonijiet tiegħu jgħinu lill-formaturi f’Milan “biex jikkultivaw il-vokazzjoni tagħkom ta’ servizz għall-fidi, għall-Knisja u għad-dinja”.

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2022-06/pope-francis-church-needs-a-living-theology.html

%d bloggers like this: