QUDDIESA KONĊELEBRATA FLIMKIEN MA’
GRUPP TA’ ISQFIJIET FRANĊIŻI
OMELIJA TA’ ĠWANNI PAWLU II
Kappella Matilde, 2 ta’ April 1982
Għeżież ħuti.
Qabel ma niċċelebraw flimkien din l-Ewkaristija, irrid nesprimilkom il-ferħ tiegħi li ninsab, dalgħodu, madwar l-altar flimkien magħkom. Isqfijiet jew Vigarji ġenerali tad-dijoċesijiet tar-reġjuni tal-Lvant ta’ Franza, intom ġejtu Ruma, ħdejn l-oqbra ta’ Pietru u Pawlu, akkumpanjati mit-talb ta’ bosta fidili tagħkom. Huma jistennew frott spiritwali mil-laqgħa tagħkom mal-Isqof ta’ Ruma u l-kollaboraturi tiegħu għas-servizz tal-Knisja universali. L-ewwel minn dan il-frott huwa l-karità li tgħaqqad il-membri tal-Knisja u li għandha tkun eżemplari f’dawk li jikkomponu il-Kulleġġ episkopali. Iktar minn kollox din għandha tkun imfittxa b’ħeġġa, ftit jiem biss qabel iċ-ċelebrazzjoni ta’ Ħamis ix-Xirka, tant skonvolġenti għalina, Isqfijiet u saċerdoti.
Il-ħsieb tiegħi jmur għas-saċerdoti, ir-reliġjużi jew sekulari kollha: jalla huma jkunu jistgħu, magħqudin magħkom u bejniethom fraternament, jiggustaw il-grazzja ta’ tiġdid kontinwu tas-saċerdozju ta’ Kristu, fil-Knisja. Jalla din il-grazzja ta’ għaqda u ta’ tiġdid tattira tant żgħażagħ tad-dijoċesijiet tagħkom imfawra b’ġenerożità, sabiex huma jħallu lilhom infushom jiġu ppenetrati fl-iktar profond tagħhom infushom mis-sejħa tal-Mulej. Huwa għal dan li r-rikonexxenza tiegħi tmur ukoll għas-seminaristi tagħkom sabiex iħejju ruħhom b’serjetà biex isiru kollaboraturi tagħkom.
Aħna f’komunjoni mal-Poplu ta’ Alla tal-provinċji tagħkom, bil-virtujiet tagħhom ta’ attività, ta’ perseveranza, bid-delużjonijiet tagħhom u wkoll bid-dgħufijiet tagħhom. Għidu lill-fidili tagħkom, kif ukoll lil dawk li abbandunaw il-mixja tal-Knisja, kif il-Papa ġabar l-intenzjonijiet tagħhom waqt Quddiesa li qiegħed joffri flimkien magħkom għal kull wieħed u waħda minnhom, sabiex b’imitazzjoni ta’ Gesù Kristu, huma jkunu għonja b’azzjonijiet qaddisa u tajba, li jirrendu xhieda għalihom, bħalma jfakkar il-Vanġelu li se nisimgħu minn hawn u ftit ieħor.
Miġjub mit-Taljan għall-Malti minn Emanuel Zarb