Il-Papa Franġisku ikkundana s-sistema li ntużat fl-iskejjel residenzjali fil-Kanada, u sejjaħ bħala eżempju traġiku ta’ “kanċellazzjoni tal-kultura”, u appella għall-“promozzjoni tad-drittijiet leġittimi tal-popolazzjonijiet indiġeni u biex jiġu jaħdmu għall-proċessi ta’ fejqan u rikonċiljazzjoni bejn l-popli indiġeni u nies li mhumiex indiġeni tal-pajjiż”.
Il-Qdusija Tiegħu għamel dawn ir-rimarki qawwija fil-laqgħa li kellu mal-awtoritajiet ċivili, rappreżentanti tal-Popli Indiġeni, u membri tal-korp diplomatiku fil-belt ta’ Quebec, waqt li mmarka l-ewwel diskors pubbliku tiegħu minn meta wasal f’din il-belt.
Il-Papa beda d-diskors tiegħu billi rringrazzja lill-Eċċellenza Tagħha l-Onorevoli Mary Simon u mbagħad lill-Eċċellenza Tiegħu Justin Trudeau għall-kliem ġentili ta’ merħba tagħhom, u li tkellem dwar il-“wirt naturali u straordinarju” tal-pajjiż u s-sbuħija kbira tiegħu. Il-Papa Franġisku fakkar fis-simbolu nazzjonali tal-Kanada: l-werqa tal-aġġru, bħala okkażjoni biex nosservaw li “d-daqs kbir tal-weraq tal-aġġru, li jassorbu l-arja mniġġsa u mbagħad jagħtu l-ossiġnu, jistedinna nistagħġbu bis-sbuħija tal-ħolqien u napprezzaw il-valuri tajbin u preżenti fil-kulturi indiġeni”.
“Is-Santa Sede u l-komunitajiet Kattoliċi lokali huma mpenjati b’mod konkret biex jippromwovu l-kulturi indiġeni permezz ta’ forom speċifiċi u xierqa ta’ akkumpanjament spiritwali li jinkludu attenzjoni għat-tradizzjonijiet kulturali, id-drawwiet, il-lingwi u l-proċessi edukattivi tagħhom, fl-ispirtu tad-Dikjarazzjoni tal-Ġnus Magħquda dwar id-Drittijiet tal-Popli Indiġeni”.
Il-Papa Franġisku kkritika l-ħsarat li saru biex titħassar il-kultura tagħhom.
“Naħseb fuq kollox fil-politika ta’ assimilazzjoni u l-emanċipazzjoni, li nvolviet wkoll is-sistema tal-iskejjel residenzjali, li għamlet ħsara lil ħafna familji indiġeni billi ddgħajfet il-lingwa, l-kultura u l-ħarsa tad-dinja tagħhom. F’dik is-sistema deplorevoli, promossa mill-awtoritajiet governattivi ta’ dak iż-żmien, li sseparat ħafna tfal mill-familji tagħhom. Istituzzjonijiet Kattoliċi lokali differenti kellhom sehem minn dan ukoll”.
Il-Papa għamel apoloġija sinċiera lill-indiġeni f’Edmonton, u ma beżax milli jagħmel l-istess fi Quebec.
“Nesprimi l-mistħija u s-sogħba profonda tiegħi, u, flimkien mal-isqfijiet ta’ dan il-pajjiż, inġedded it-talba tiegħi għall-maħfra għall-ħażin li għamlu tant Insara lill-popli indiġeni. Hija traġika meta xi wħud jemmnu, kif ġara f’dak il-perjodu tal-istorja, kkonformaw ruħhom mal-konvenzjonijiet tad-dinja aktar milli mal-Evanġelju”.
Il-Kap tal-Knisja Kattolika, rrikonoxxa, li l-fidi Nisranija kellha rwol essenzjali fit-tiswir tal-ogħla ideali tal-Kanada, ikkaratterizzati mix-xewqa li jinbena pajjiż aħjar għall-poplu kollu tagħha. “Fl-istess ħin, jeħtieġ li, meta nammettu d-difetti tagħna, naħdmu flimkien biex inwettqu għan li naf li intom ilkoll tħaddnu: li tippromwovu d-drittijiet leġittimi tal-popolazzjonijiet indiġeni u tiffavorixxu proċessi ta’ fejqan u rikonċiljazzjoni bejn l-popli indiġeni u dawk li mhumiex indiġeni”, kompla jgħid il-Papa. Dan, qal, huwa rifless fl-impenn li nirrispondu b’mod xieraq għall-appelli tal-Kummissjoni għall-Verità u r-Rikonċiljazzjoni, kif ukoll fit-tħassib li jiġu rikonoxxuti d-drittijiet tal-popli indiġeni.
Il-Papa tenna lis-Santa Sede u l-komunitajiet Kattoliċi lokali jixtiequ jippromwovu b’mod konkret id-drittijiet tal-popli indiġeni. “Hija x-xewqa tagħna li nġeddu r-relazzjoni bejn il-Knisja u l-popli indiġeni tal-Kanada, relazzjoni mmarkata kemm minn imħabba li tat frott mill-aqwa kif ukoll, b’mod traġiku, ġrieħi profondi li aħna mpenjati li nifhmu u li nfejqu”.
“Dik l-istorja ta’ tbatija u disprezz, frott il-mentalità kolonizzanti”, osserva l-Papa, “ma tfieqx faċilment”. Minbarra l-apoloġija u denunzja tal-ħażin li sar lill-Indiġeni, l-Papa appella għall-multilateraliżmu. “L-Multikulturaliżmu huwa fundamentali li jnissel l-għaqda ta’ soċjetà diversa bħall-kuluri mċappsa tal-weraq tas-siġar tal-aġġru,” qal il-Papa Franġisku.
Filwaqt li rrikonoxxa li l-inklużjoni ta’ wasliet ġodda tista’ tkun sfida u teħtieġ li taċċetta u tħaddan id-differenzi, l-Papa faħħar lill-Kanada għall-ġenerożità murija fl-aċċettazzjoni ta’ ħafna migranti Ukreni u Afgani. Huwa ħeġġeġ biex wieħed imur lil hinn mir-retorika tal-biża’ fir-rigward tal-immigranti u jagħtihom, skont il-possibiltajiet tal-pajjiż, l-opportunità konkreta li jinvolvu ruħhom b’mod responsabbli fis-soċjetà. Biex dan iseħħ, qal, “id-drittijiet u d-demokrazija huma indispensabbli”.
Huwa nnota li l-Knisja Kattolika, “bid-dimensjoni universali tagħha, t-tħassib tagħha għal dawk l-aktar vulnerabbli, s-servizz bi dritt tagħha għall-ħajja umana f’kull mument tal-eżistenza tagħhom, mill-konċepiment sal-mewt naturali, hija kuntenta li toffri l-kontribut speċifiku tagħha”.
Il-Qdusija Tiegħu rrifletta wkoll fuq il-gwerra fid-dinja, hekk kif il-gwerra għaddejja fl-Ukrajna u diversi gwerer, ħafna drabi minsija, qed iseħħu globalment. “M’għandniex għalfejn naqsmu d-dinja fi ħbieb u għedewwa, noħolqu d-distanzi u għal darb’oħra narmaw lilna nnfusna sa snienna,” qal il-Papa filwaqt li nnota, “tellieqa għall-armi u strateġija ta’ tgerriex mhux se jġibu l-paċi u s-sigurtà”.
“Għandna bżonn nistaqsu lilna nfusna mhux kif insegwu l-gwerer, iżda kif inwaqqfuhom”, filwaqt li appella għal “politika kreattiva u li tħares ‘l bogħod u li kapaċi timxi lil hinn mill-kategoriji ta’ oppożizzjoni sabiex tipprovdi tweġibiet għall-isfidi globali”.
“L-ikbar sfida ta’ żmienna, bħall-paċi, t-tibdil fil-klima, l-effetti tal-pandemija u l-movimenti ta’ migrazzjoni internazzjonali, kollha għandhom ħaġa waħda komuni: huma globali; jappartjenu lil kulħadd”, qal il-Papa; filwaqt li nnota li “billi kollha kemm huma jitkellmu dwar il-ħtieġa li wieħed jikkunsidra l-ħaġa sħiħa, l-politika ma tistax tibqa’ magħluqa f’interessi partiġġjani”. L-Papa ħeġġeġ lill-forzi kollha biex jaħdmu “bi qbil komuni, id f’id” biex jiffaċċjaw l-isfidi urġenti ta’ llum.
Il-Papa Franġisku temm billi rringrazzja lill-Kanada u lil dawk ta’ qablu għall-ospitalità, l-attenzjonu u r-rispett tagħhom.
“B’affezzjoni kbira, nassigurakom li l-Kanada u n-nies tagħha huma tassew qrib ta’ qalbi”.
Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2022-07/pope-meets-authorities-diplomats-indigenous-in-quebec-francis.html