F’telefonata, l-President Ukren jirringrazzja lill-Papa Franġisku għat-talb

Print Friendly, PDF & Email

Nhar il-Ġimgħa 12 ta’ Awwissu, kważi sitt xhur wara li bdiet il-gwerra fl-Ukrajna, saret konverżazzjoni bit-telefon bejn il-Papa Franġisku u l-President Ukren Volodymyr Zelensky. Il-konverżazzjoni saret bħala parti mis-solidarjetà li l-Papa jesprimi ta’ spiss mal-poplu Ukren kollu.

Din l-aħbar ħariġha l-President Zelensky fi tweet li hu għamel. Huma tkellmu fuq l-kruhat li qed iġarrab il-poplu Ukren minn meta r-Russja invadiet fl-24 ta’ Frar, u l-president esprima l-gratitudni tiegħu lejn il-Papa għat-talb tiegħu. “Il-poplu tagħna għandu bżonn l-appoġġ tal-mexxejja spiritwali tad-dinja, li għandhom iwasslu lid-dinja l-verità dwar l-att ta’ orrur imwettqa mill-aggressur fl-Ukrajna”, kiteb il-President tal-Ukrajna.

Ftit wara, fi tweet separat, l-Ambaxxatur Ukren għas-Santa Sede, Andrii Yurash, tenna l-aħbar tal-konverżazzjoni bit-telefon, u żied li “l-istat u s-soċjetà Ukrena se jkunu kuntenti li jsellmu lil Qdusija Tiegħu”, esprima t-tama għaż-żjara mill-Papa Franġisku lejn Kiev.

Il-Papa u l-President Zelensky tkellmu darbtejn qabel permezz ta’ telefonata u video call. Meta tkellem mal-Parlament Taljan fit-22 ta’ Marzu, l-President Zelensky tkellem dwar il-konverżazzjoni tiegħu mal-Papa Franġisku, u żied li l-Papa qal “kliem importanti ħafna”. Aktar kmieni, fis-26 ta’ Frar, jumejn wara l-invażjoni tar-Russja, ż-żewġt persuni tkellmu bit-telefon. Waqt dik il-konverżazzjoni, l-Papa Franġisku esprima lill-President “is-sogħba kbira tiegħu għall-ġrajjiet traġiċi li qed iseħħu fil-pajjiż”. Ftit wara, l-President Zelensky qal, “Irrangrazzjat lill-Papa talli talab għall-paċi fl-Ukrajna u għal tregwa. L-poplu Ukren iħoss l-appoġġ spiritwali tal-Qdusija Tiegħu”.

F’bosta okkażjonijiet mill-bidu tal-kunflitt, il-ħsibijiet tal-Papa marru għall-poplu tal-Ukrajna. Fl-Udjenza Ġenerali tal-10 ta’ Awwissu, l-Papa Franġisku lamenta t-tbatija kontinwa tal-poplu Ukren, “li għadu qed ibati minn din il-gwerra krudili”. Huwa esprima wkoll ħsieb speċjali għall-“ħafna migranti li qed jaslu kontinwament”.

Tul dawn ix-xhur, il-Papa kontinwament appella biex id-dinja ma tinsiex il-gwerra fl-Ukrajna u lanqas tgħejja tilqa’ lil dawk li huma mġiegħla jaħarbu minn djarhom biex ifittxu l-paċi.

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2022-08/pope-francis-ukraine-zelensky-phone-call.html

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading